Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JIBGħAT ITTRA LIL DAWK LI FFIRMAW IL-PETIZZJONI TAL-GENERAL WORKERS? UNION

PR1422
Date Icon 24/10/2000

Il-Prim Ministru illum wara nofsinhar ikkomunika permezz ta' ittra ma' kull persuna li ffirmat u nizzlet in-numru tal-Karta ta' l-Identita' fuq il-petizzjoni tal-General Workers' Union.

B'kollox intbaghtu 46,372 ittra.

Dan hu ferm anqas mill-figura ta' 78,693 li xandret il-General Workers' Union. Il-figura tal-General Workers' Union kienet tinkludi persuni li ffirmaw aktar minn darba kif ukoll ghadd ta' firmatarji li ma kitbux in-numru tal-Karta ta' l-Identita', jew taw dettalji li ma jezistux. Mill-analizi li ghamel il-Gvern irrizulta li minn 78,693 li semmiet il-General Workers' Union, fil-fatt kien hemm 72,835 firma. Minn dawn 3,425 kienu doppji, 6,215 taw numru tal-Karta ta' l-Identita' li ma jezistux, 4,372 ma nizlux numru tal-Karta ta' l-Identita' filwaqt li 12,451 taw numru li mhux ta' Karta ta' l-Identita'.

Il-Prim Ministru sahaq li n-nuqqas ta' hegga ghas-sejha li ghamlet il-General Workers' Union biex haddiema jirraportaw ghax-xoghol tard, turi bic-car kemm il-haddiem Malti qieghed jifhem, jaccetta u jgawdi mill-programm ta' hidma tal-Gvern. Din il-hidma tal-Gvern qieghda tissarraf f'aktar gid u xoghol ghal haddiem Malti.

Kopja tal-ittra tal-Prim Ministru hija annessa.

24.10.2000

Nirreferi ghall-petizzjoni tal-General Workers' Union dwar il-budget tas-sena li ghaddiet u li giet iffirmata minnek.

Il-Politika tal-Gvern immexxi minni f'dawn l-ahhar sentejn kienet u ghadha li nrazznu l-izbilanc finanzjarju ta' pajjizna. F'Settembru 1998, minkejja l-hafna diskors tal-Gvern ta' Alfred Sant, sibna li dan l-izbilanc kien ta' Lm 150 miljun. Dan kien qed jaghmel hsara kbira lill-ekonomija u konna se nigu f'sitwazzjoni fejn l-ghajnuna li jaghti l-Gvern lil tant nies ma jkunx jista' jibqa' jaghtiha.

Il-Gvern ta' Alfred Sant stima li se jhalli zbilanc ta' Lm l00 miljun. Minflok talla' l-izbilanc ghal Lml50 miljun minkejja x-xita ta' taxxi li impona fuq kulhadd jiflah u ma jiflahx. Niftakru t-taxxa ta' Lm48 fuq kull bieb, l-gholi esagerat tad-dawl u l-ilma, iz-zieda fin-nollijiet tal-vapur t'Ghawdex, iz-zieda tat-taxxa tal-konsum (VAT jew CET) minn 15% ghal 21%. B'kollox 33 taxxa li ghotru lil hafna. Ghax il-Gvern ta' Alfred Sant hadem bl-addocc, dawn it-taxxi li ghakksu lil tant nies, xorta ziedu l-izbilanc, stagnaw l-ekonomija u wasslu biex zdiedu b'1,200 dawk li hargu jirregistraw ghax-xoghol.

Il-Gvern immexxi minni nehha t-taxxi ta' wgiegh ghal min ma kienx jiflahhom. Il-Gvern tieghi ha mizuri b'attenzjoni kbira biex il-piz jintrefa' minn kulhadd skond kemm jiflah. Jekk zidna l-Income Tax, dan ghamilnieh b'mod li persuna mizzewga li taqla' sa Lm5000 fis-sena (kwazi mitt lira fil-gimgha) ma thallasx centezmu aktar f'taxxa. Jekk zidna l-bolla u l-petrol dawn jithallsu skond kemm wiehed jaqla' u skond kemm wiehed jonfoq. Hekk il-piz ingarr l-aktar minn min jaqla' l-aktar.

Il-Gvern immexxi minni qieghed juri r-rizultati: l-izbilanc, mill-Lm 150 miljun li hallieh il-Gvern ta' Alfred Sant, din is-sena se nkunu nizzilnieh ghal inqas minn Lm 100 miljun. Barra minn hekk, matul dawn is-sentejn l-ekonomija qeghda terga' tirranka, zidna l-impiegi b'4,400 u l-qaghad nizel minn 7,400 ghal 6,500. Dawn ir-rizultati nkisbu bis-sahha tad-decizjonijiet li hadna fil-budget tas-sena li ghaddiet. Huma rizultati li swew ta' gid kbir ghall-pajjiz u ghalhekk hadd ma jista' jifhem kif il-General Workers' Union tibqa' twebbes rasha b'dan il-mod.

Madankollu, l-izbilanc ghadu f'livell gholi u jrid ikompli jonqos. Il-Gvern tieghi stieden lis-siehba socjali kollha biex fl-interess tieghek jiddiskutu l-ahjar triq li twassalna ghal pajjiz b'sahhtu b'mod li nindukraw it-tkabbir ekonomiku u l-qafas socjali f'pajjizna. Lesti naqsmu l-hsibijiet taghna ma' min hu interessat fil-gid veru tieghek u ta' pajjizna.

Bhalissa ghaddejjin diskussjonijiet intensivi fuq il-Budget li ghandu jithabbar ix-xahar id-diehel. Il-poplu japprezza l-isforzi li qeghdin jaghmlu dawk li jirraprezentawh fil-unions u fl-organizazzjonijiet ta' l-imprendituri. Hi hasra li l-General Workers' Union ghazlet li ma taghtix il-kontribut taghha biex pajjizna jsib l-ahjar soluzjonijiet possibbli. Il-Gvern ghazel it-triq li l-aktar taqbillek. It-tqassim gust tal-piz biex jitranga l-izbilanc, u t-triq tad-djalogu ma' kulhadd.

Inselli ghalik u nirringrazzjak ta' l-interess li wrejt fil-gid ta' pajjizna.

Eddie Fenech Adami

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow