Left arrow Go Back

IT-TIENI SENA TA' GHOTJIET TA' MANTENIMENT LILL-ISTUDENTI - TAHRIG GHAS-SURVEYORS U DAWK LI JAGHMLU T-TISWIJIET FUQ IL-Release No: 1389KAROZZI

PR1388
Date Icon 18/10/2000

Madwar 4,986 student universitarju u aktar minn 5,000 student Post Sekondarju din is-sena applikaw biex jiehdu l-Ghotja ta' Manteniment li l-istat jaghti lil studenti f'dawn il-livelli biex ikomplu bl-istudju taghhom.

Bhalissa l-Ufficju ta' l-Ghotjiet tal-Manteniment li hemm fuq il-campus ta' l-Universita' u l-Kapijiet ta' l-Iskejjel u Istituti Post Sekondarji qed jircievu l-applikazzjonijiet ta' l-istudenti li huma eligibbli.

Dawn l-applikazzjonijiet li jaghlqu fl-ahhar ta' dan ix-xahar, bhalissa qed ikunu processati mill-ufficcji rispettivi biex ikun assigurat li jissodisfaw ir-rekwiziti tar-Regolamenti.

L-applikazzjonijiet validi wara jghaddu lill-Bord li wara li jikkonfermahom jaghti struzzjonijiet lit-Tezor biex johorgu l-hlasijiet lill-istudenti.

Ta' min ifakkar li l-istudenti fil-livell Post Sekondarju huma ntitolati ghal Lm100 fil-bidu ta' kull sena akkademika tal-kors taghhom biex tghinhom jixtru l-kotba u Lm40 fix-xahar.

L-istudenti li bdew korsijiet ‘full time' fl-Universita' ghall-ewwel darba din is-sena u li huma eligibbli ghal dawn l-ghotjiet, jircievu ghotja kapitali ta' Lm400 li din is-sena se tithallas f'zewg pagamenti flok erba' kif sar is-sena li ghaddiet.

L-istudenti ta' l-Universita' li huma mill-ewwel sar-raba' sena jircievu ghotja ta' Lm200 kull wiehed ghall-kotba u Lm60 fix-xahar.

L-istudenti li dahlu l-Universita' qabel Ottubru 1997 jibqghu jithallsu bis-sistema antika ta' l-istipendji.

Ghal ragunijiet amministrattivi, sakemm l-applikazzjonijiet jaslu kollha u jkunu processati, u minhabba l-proceduri ta' hlasijiet mill-Gvern, l-istudenti jircievu l-ewwel hlasijiet f'din l-iskema lejn tmiem Novembru. Hekk gara wkoll fis-snin l-imghoddija.

Hu ttamat li dan il-process ikun jista' jithaffef xi ftit mis-sena d-diehla meta mistennija tidhol fis-sehh sistema ta' trasferiment ta' fondi b'mod elettroniku ghal parti mill-Ghotjiet ta' Manteniment. Din is-sistema ma setghetx tibda tintuza din is-sena ghal ragunijiet li l-Bord ghall-Ghotjiet ta' Manteniment lill-istudenti ma kellux kontroll fuqhom.

Sadattant il-Bord qed jilqa' wkoll applikazzjonijiet minn dawk l-istudenti li jistghu jkunu ntitolati ghal Ghotjiet ta' Manteniment Supplementari. Din l-ghotja tinghata lil dawk l-istudenti li jippruvaw, quddiem il-Bord, li ghandhom cirkostanzi ta' tbatija fil-familja taghhom u li ghalhekk jiggustifikaw ghajnuna aktar minn studenti ohra li m'ghandhomx din it-tbatija. F'dan il-kaz, student ta' l-Universita' flok Lm 60 fix-xahar jiehdu Lm 120 filwaqt li dawk fil-Post Sekondarji jiehdu Lm 60 flok Lm 40 fix-xahar.

Dawn l-applikazzjonijiet ukoll jaghlqu fl-ahhar ta' Ottubru. Billi dawn il-kazi jkunu jridu jigu ezaminati fuq bazi individwali, l-istudenti li japplikaw ghal ghotja supplementari huma mitluba biex jehmzu ma' din l-applikazzjoni, id-dokumentazzjoni kollha li permezz taghha jistghu jiggustifikaw it-talba taghhom.

L-istudenti li s-sena li ghaddiet kienu qed jircievu Ghotja ta' Manteniment Supplementari, iridu jergghu japplikaw mill-gdid anke din is-sena.

Dawk l-istudenti li matul is-sena akkademika, ic-cirkostanzi fil-familja taghhom jinbidlu b'mod li tinholqilhom tbatija, jistghu japplikaw ghall-Ghotja ta' Manteniment Supplimentari, meta jinholqulhom dawn ic-cirkostanzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow