STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali jiċħad l-allegazzjonijiet li għamel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni fil-konfront tal-Kunsill Lokali Sliema, u jqishom totalment infondati.
Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, hekk kif rrapurtat fil-ħar'a ta' L-Orizzont ta' nhar it-Tnejn, 16 ta' Ottubru 2000, f'pa'na 3, waqt li kien qed jindirizza l-laqgħa 'enerali tal-Kumitat Lokali tal-MLP f'Ta' Sliema, kien kwotat li qal li
"qed isiru abbużi fil-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema. Qed jingħataw direct orders mis-sindku u wieħed minnhom kien direct order ta' xejn anqas minn Lm13,000."
Wara dikjarazzjoni bħal din, il-Ministeru talab lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali sabiex jagħmel l-istħarri' neċessarju mal-Kunsill Lokali Sliema.
Il-Kunsill Lokali Sliema ta l-assigurazzjoni bil-miktub lid-Dipartiment li minkejja li l-Kunsill kien iddeċieda li tkun aċċettata "quotation", dan fil-fatt ma seħħx, u qatt ma nħar'et "direct order". Għal kuntrarju, il-Kunsill informa lid-Dipartiment li kien di'a` beda l-proċess biex jinħare' "tender".
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN