Left arrow Go Back

IL-MINISTRU LOUIS GALEA JISHAQ DWAR L-IMPORTANZA LI T-TFAL IKUNU APPOGGJATI FIL-MIXJA EDUKATTIVA TAGHHOM

PR1382
Date Icon 18/10/2000

It-tfal fl-iskejjel ghandhom isibu kull appogg possibbli biex kuljum imorru l-iskola kuntenti, konfidenti u bla biza jew dwejjaq. Dan sostnieh il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea f' diskors li ghamel waqt laqgha organizzata mill-Guidance and Counselling Unit fi hdan id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni ghall-Guidance Teachers u Counsellors.

Il-Guidance Teachers u l-Counsellors jipprovdu servizz ta' gwida u appogg ghall-istudenti kollha ta' l-iskejjel ta' l-istat. Ix-xoghol ta' dawn l-ghalliema hu mmirat biex isahhah kull aspett ta' l-izvilupp personali ta' l-istudenti, dan jinkludi l-izvilupp intellettwali, socjali u vokazzjonali. Dan is-servizz ta' gwida huwa process kontinwu li ghandu jizviluppa matul is-snin ta' l-iskola u ghalhekk jigi offrut lill-istudenti kollha mill-izghar livell sa meta l-istudenti jispiccaw l-iskola.

Kull Guidance Teacher, li bhalissa jiehu hsieb madwar 300 tifel u tifla, irid isegwi l-izvilupp tat-tfal matul il-mixja edukattiva taghhom u jizgura li t-tfal li jkunu ghaddejjin minn xi mument difficli jew ta' incertezza isibu l-informazzjoni kollha mehtiega kif ukoll il-gwida u l-appogg tal-Guidance Teacher u l-Counsellor. Ghalhekk il-Guidance Teachers u l-Counsellors flimkien iridu jaddattaw ruhhom skond il-kaz u skond l-eta' u c-cirkostanzi.

Is-servizzi offruti mill-Guidance and Counselling Unit permezz ta' dawn l-ghalliema jinkludi:

  • Taghrif dwar l-opportunitajiet ta' xoghol u ta' studju. Dan it-taghrif irid ikun wiehed car li juri lill-istudenti stampa cara ta' dak li tkun qed toffri d-dinja tax-xoghol, irid ikun taghrif infurmat u realistiku kif ukoll b'vizjoni futuristika. Dan biex it-tfal ikunu jistghu jaghmlu l-ghazla ta' xoghol jew studju avvanzat biex meta johorgu fid-dinja tax-xoghol ikollhom l-ghodod necessarji u rilevanti ghal dak iz-zmien. Kull sena l-istess unit torganizza 'Careers Fair' biex l-istudenti ikunu jistghu jiltaqghu ma' nies mid-dinja tax-xoghol u b' hekk jiehdu ideat ta' x'karriera iridu jsegwu.

  • Appogg ghall-istudenti fi zmien ta' tranzizzjoni kemm fil-primarja u specjalment fis-sekondaja, fejn it-tfal jaghaddu min zmien ta' bidla li matulu ikunu vulnerabbli hafna. L-istudenti ghalhekk ghandhom bzonn ghajnuna biex jaddattaw ruhhom ghall-ambjent gdid li jsibu ruhhom fih, jiksbu kunfidenza u jghelbu l-bizghat, jaddattaw ghal sistemi godda u stil gdid ta' taghlim u assessjar u eventwalment jibdew jahsbu liema direzzjoni edukattiva jridu jiehdu skond il-linja ta' xoghol li jridu jsegwu tul hajjithom.

  • Harsien u zvilupp ta' imgieba tajba fl-iskola. Jekk l-ambjent ta' madwar it-tfal ikun wiehed pozittiv, it-tfal ikollhom sens ta' sigurta' u ghaqda f'kommunita'. Il-Guidance Teachersghandhom r-responsabbilta' li jsegwu l-imgieba tat-tfal, jippromwovu l-imgieba t-tajba u jidentifikaw il-problema 'vera' li tkun wara l-imgieba hazina fl-iskola. Meta mbaghad tkun identifikata l-probelma jrid ikun hemm koordinazzjoni ma' agenziji u organizzazzjonijiet ohrajn li joffru appogg lill-istudenti.

Il-materjal li nghata, lill-Guidance Teachers u l-Counsellors jinkludi numru ta' fuljetti informattivi li jkopru s-setturi kollha tax-xoghol, workbook li jghin lit-tfal jiffukaw fuq gruppi ta' karrieri, kif ukoll ktejjeb ta' attivitajiet ghal-istudenti li jikkomplementaw ix-xoghol ta' l-ghalliema u jistimolaw id-diskussjoni.

Il-Guidance and Counselling Unit ipprezenta wkoll Tracer Study (1999). Dan ir-rapport joffri informazzjoni vasta dwar x'rotta segwew l-istudenti wara li spiccaw l-iskola. Punt important li johrog minn dan ir-rapport hu li fuq mhedda ta' snin iktar studenti qed jaghzlu li jkomplu jistudjaw waqt li inqas studenti qed imorru jahdmu malli jilhqu l-eta' ta' 16-il sena. Ir-rapport huwa wiehed iddettaljat hafna u ghandu jservi bhala ghodda tajba f'idejn il-Guidance Teachers u l-Counsellors.

Il-laqgha mal-Guidance Teachers u l-Counsellors tkopri wkoll il-proceduri l-godda li ghandhom ikunu segwiti f'kazi ta' abbuz tat-tfal. L-ghalliema, u dawk kollha li jkunu f'kuntatt mat-tfal, jistghu jindunaw b'xi tip ta' abbuz fuq it-tfal u peress li mhux dejjem kienet tittiehed azzjoni kif suppost u fil-hin, gew zviluppati proceduri formali li kull min jinduna bl-abbuz ghandu jsegwi fl-ahjar interess tat-tifel jew tifla nvoluta.

Il-Ministru Louis Galea qal li dalwaqt tibda titqassam il-Politika Nazzjonali dwar l-ibbullijar, waqt li qed tkun iffinalizzata wkoll politika dwar l-abbuz mill-alkohol u d-droga. Dawn il-Policies flimkien ma' dawk dwar l-abbuz tat-tfal, l-assentejizmu u d-dixxiplina ghandhom iservu biex fl-iskejjel taghna ikun hemm sens akbar ta' sigurta' u kenn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow