Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA

PR1378
Date Icon 17/10/2000

Kien il-kelliem ewlieni ta' l-Oppozizzjoni ghas-Sahha, l-Onor. Michael Farrugia stess li bhala Ministru tas-Sahha introduca hlas fuq il-medicini b'xejn bl-istess rata fuq kulhadd minghajr ma ghamel differenza bejn min jiflah ihallas u min ma jiflahx ihallas. Din it-taxxa flimkien mat-tariffi esagerati fuq id-dawl u l-ilma kienet konferma ta' kemm il-Gvern Laburista kien tilef il-kuxjenza socjali.

Il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni fir-risposta tieghu ghar-rapport tat-tieni sena hidma tal-Ministeru tas-Sahha pprova jirkeb fuq il-karru tas-successi tal-qasam tas-sahha billi qed jipprova jaghti x'jifhem li l-inizjattivi li ttiehdu bdew matul it-22 xahar ta' l-amministrazzjoni Laburista. Wiehed bizzejjed isemmi l-MRI li l-process biex tinxtara jew tinkera beda matul l-amminsitrazzjoni Nazzjonalista qabel l-1996. Kien proprju taht l-amministrazzjoni precedenti li dan it-tender ghamel perjodu twil stagnat. Tajjeb li wiehed isemmi wkoll li kemm ilha li waslet l-MRI jigifieri minn April sal-lum saru aktar testijiet lill-pazjenti milli saru matul is-sentejn ta' l-amministrazzjoni Laburista f'daqqa.

Il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni filwaqt li kkritika d-dewmien fl-appuntamenti, ghadu ma rrealizzax li bir-riformi li dig'� dahlu fis-sehh kien hemm titjib sostanzjali. Tajjeb kieku ssir riferenza ghal pagna 22 tar-rapport tat-tieni sena ta' hidma fejn wiehed isib li fid-Dipartiment tar-Radjologija l-appuntamenti ghall-mammografija nizlu minn 5 xhur ghal medja ta' 12-il gurnata. Wiehed jibda jahseb li ladarba dan hu rizultat pozittiv il-kelliem ta' l-oppozizzjoni jibda jghid li din ir-riforma bdietha l-amministrazzjoni Laburista wkoll.

Il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni ma ddejjaqx jghid li l-process ghall-modernizzazzjoni tac-Centru tas-Sahha ta' Bormla bdietu l-amministrazzjoni precedenti. Ghal darb'ohra din hija stqarrija 'l boghod mill-verit'�. Wiehed ma jiskanta xejn jekk sena ohra jisma' lill-kelliem ta' l-oppozizzjoni jghid li l-immodernizzar li ser jibda fic-Centru tas-Sahha ta' Rahal Gdid bdietu wkoll l-amministrazzjoni precedenti.  

Jekk fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha hemm dipartiment li l-amministrazzjoni precedenti abbandunat dan kien dak tal-Promozzjoni tas-Sahha tant li l-vot finanzjarju ghal dan id-dipartiment kien tnaqqas bin-nofs. Illum il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni qed jghid li f'dan id-Dipartiment ma sar xejn innovattiv u dan minkejja li ghal sentejn wara xulxin il-vot tad-dipartiment rega' zdied u saru kampanji innovattivi biex il-pubbliku jkun edukat aktar kif ihares sahhtu. F'pagni 49 sa 54 tar-rapport pubblikat mill-Ministeru wiehed jista' jara l-inizjattivi li ittiehdu minn dan id-dipartiment matul l-ahhar sena, fost dawn wiehed ma jsibx biss il-Festa Sahha.

Illum il-kredibilt'� ta' l-Oppozizzjoni qed tintilef aktar b'dak li qed jghid il-kelliem dwar is-sahha li qed jikkritika l-kuntratt ta' l-isptar il-gdid kif sar taht din l-amministrazzjoni meta hu stess jaf li kellu parir li dan it-tip ta' kuntratt kien l-ahjar wiehed izda beza li l-klijent ma jkollux kontroll fuq il-kuntrattur. Il-gvern presenti sahhah il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici biex ikollha kontroll shih fuq il-bini ta' l-isptar.

Wiehed jistaqsi wkoll jekk il-manpower plan li ghamel riferenza ghalih il-kelliem ta' l-oppozizzjoni hux l-istess wiehed li kien sar bla ippjanar fi zmien gimghatejn u li kien jinkludi l-ingaggar ta' numru kbir ta' haddiema bla ebda kwalifiki. Meta dan il-pjan kien sottomess lill-Prim Ministru ta' dak iz-zmien, l-Onor. Alfred Sant, dan baghtu lura biex jerga' jsir mill-gdid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow