Left arrow Go Back

HIDMA GHAL AKTAR INVESTIMENT MILL-GERMANJA

PR1374
Date Icon 17/10/2000

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici fil-jiem li gejjin se jkun involut f'hidma biex ikompli jissahhah l-investiment germaniż f'Malta.

Hu halla Malta l-lejla, flimkien mac-Chairman tal-Korporazzjoni Maltija ghall-Iżvilupp Francis J. Vassallo, biex bejn ghada u nhar il-gimgha jindirizza seminars f'Hanover u f'Hamburg.

F'Hanover, se jkunu diskussi, fost l-ohrajn, il-pożizzjoni strategika ta' Malta mil-lat ta' investiment u l-produzzjoni industrijali f'Malta bażata fuq l-esperjenza pożittiva ta' kumpanniji germaniżi li ilhom joperaw minn Malta.

It-tema tas-seminar f'Hamburg se tkun opportunitajiet ta' investiment u negozju f'Malta.

Dawn is-seminars huma parti mill-hidma li qed issir mill-Korporazzjoni ghall-Iżvilupp bl-iskop li jingieb investiment gdid mill-Germanja filwaqt li jkompli jkun konsolidat l-investiment germaniż li dig'� hu preżenti f'Malta.

Din il-hidma nghatat spinta matul din is-sena fid-dawl tas-sehem ta' Malta fl-espożizzjoni internazzjonali ta' l-EXPO 2000 li qed issir f'Hanover. Il-padiljun ta' Malta f'din l-espożizzjoni gibed interess kbir anki minn investituri germaniżi.

Tajjeb li jinghad li minn 27 progetti godda b'investiment barrani approvati mill-Korporazzjoni ghall-Iżvilupp fit-12-il xahar li ghaddew, tmienja minnhom originaw mill-germanja

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow