Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI DWAR L-ESPORTAZZJONI DOMESTIKA

PR1346
Date Icon 11/10/2000

B'riferenza għall-istqarrija maħru'a llum mid-Deputat Laburista Leo Brincat li fl-1999 l-esportazzjoni domestika naqset jekk minnha jitnaqqas dak li esportat il-kumpannija ST Microelectronics, il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi jtenni li l-esportazzjoni domestika anki jekk wieħed jeskludi dik ta' din il-kumpannija żdiedet u mhux naqset.

Din iż-żieda kienet tammonta għal 4.5 fil-mija fuq dik ta' l-1998.

Tajjeb li jingħad ukoll, li kuntrarjament għal dak li ntqal mis-Sur Leo Brincat, kien fl-1998 – sena li fiha kien hemm Gvern Laburista – li l-esportazzjoni domestika naqset meta minnha jitnaqqas dak li biegħet l-ST Microelectronics. Meta tieħu f'kunsiderazzjoni l-fatt li ċ-ċifri jinkludu l-bejgħ ta' ħames vapuri għall-ammont ta' Lm11.4 miljun, li kienu nbnew b'telf kbir għall-Unjoni Sovjetika fi żmien Gvern Laburista u kienu baqgħu ma nbigħux għal żmien twil. Fil-fatt l-ammont li n'abar mill-bejgħ ta' dawn il-vapuri u li deher bħala esportazzjoni għall-1998 ma kienx riżultat ta' produzzjoni għal dik is-sena.

Lanqas hu minnu, kif ipprova jagħti x'jifhem l-Onor. Leo Brincat, li fl-1999 kien hemm xi tnaqqis fl-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. Tant li filwaqt li fl-1998 l-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ammontat għal Lm375.7 miljun, din telgħet għal Lm385.3miljun, li jfisser żieda ta' Lm9.6 miljun.

Fl-istess sena, l-esportazzjoni totali żdiedet b'Lm79.1 miljun minn Lm712 miljun fl-1998 għal Lm791.1 miljun.

Tajjeb li jingħad ukoll li l-investiment fil-qasam tal-manifattura re'a' beda jirranka matul is-sena li għaddiet wara li kien sta'na fi żmien il-Gvern preċedenti, tant li filwaqt li fl-1996 dan l-investiment kien jammonta għal Lm36.5 miljun, niżel għal Lm24.9 miljun fl-1997 u għal Lm23.6 miljun fl-1998, filwaqt li tela' għal Lm34.7 miljun is-sena l-oħra u di''� tela' b'Lm36 miljun fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena.

Il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi hu tal-fehma li l-kelliema ta' l-Oppożizzjoni għandhom jagħmlu xogħolhom sew qabel jitkellmu u ma jaslux għal konklużjonijiet ibbażati fuq analiżi, li jistgħu jkunu saru minn individwu, u li ma jkunux għal kollox korretti.

Fl-istess waqt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi jer'a' għal darb'oħra jħe''e' lill-Oppożizzjoni biex ma tibqax iżżeffen aktar lil ST Microelectronics fin-nofs ħalli ma tkomplix issir aktar ħsara lill-pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow