IL-KUNSILL LOKALI TAL-QRENDI JAMMINISTRA L-LIBRERIJA PUBBLIKA TAL-LOKALIT
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, qal li huwa ta' unur u sodisfazzjon li l-ma''oranza tal-Kunsilli Lokali tagħna qegħdin dejjem jaħdmu sabiex mhux biss iwettqu d-dmirijiet li huma marbuta li jagħmlu skond il-li'i, iżda wkoll li jmorru lil hinn mill-obbligi tagħhom għall-'id tal-komunit'� li jservu fiha.
Huwa qal dan meta kmieni llum wara nofsinhar, ippresieda ċerimonja qasira li matulha, il-Kunsill Lokali Qrendi iffirma kuntratt mad-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi għat-tmexxija tal-Librerija Pubblika li hemm fl-iskola primarja tal-lokalit'�.
Dr. Gatt qal li dan huwa s-sittax-il Kunsill Lokali li ħa d-deċiżjoni għaqlija li jidħol għat-tmexxija tal-libreriji lokali – u dan għaliex il-Kunsilli Lokali qed jagħrfu dejjem aktar il-ħtie'a li mhux biss jinvestu f'infrastruttura, iżda wkoll li jagħtu każ l-aspett soċjali u edukattiv.
Huwa għamel referenza wkoll għal "e-government", u li wieħed mill-ewwel servizzi li mistenni jibda jingħata huwa dak li d-databases tad-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi jkunu aċċessibbli minn kull Kunsill Lokali, u kif ukoll li kulħadd ikun jista jordna ktieb minn fuq l-Internet.
Il-Ministru Gatt temm id-diskors qasir tiegħu billi faħħar l-impenn tal-Kunsill Lokali Qrendi, u kif ukoll lid-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi għall-ħidma tagħhom sabiex il-ftehim tal-lum ikun iffirmat.
Minn naħa tiegħu, is-Sindku tal-Qrendi, is-Sur Carmel Falzon, qal li l-Kunsill tiegħu di''� xtara b'kemm jiswew Lm1,000 f'kotba u li fi ħsiebu jkompli jinvesti sabiex il-faċilitajiet offruti f'din il-librerija jkunu dejjem aktar għall-'id tal-komunit'� tal-Qrendi.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN