MESSAGG TA' L-ONOR. GIOVANNA DEBONO, MINISTRU GHAL GHAWDEX, FL-OKKAZJONI TA' L-INAWGURAZZJONI TAL-PROGETT TAL-MILLENNJU TAL-MOVIMENT AZZJONI SOCJALI (MAS) F'GHAWDEX "LEJN IT-TISHIH TA' L-IZVILUPP SOCJO-KULTURALI U MORALI TAL-KOMUNIT GHAWDXIJA"
(Moqri minn Rapprezentant tal-Ministru fl-assenzja taghha, nhar il-Hadd, 8 ta' Ottubru 2000).
Nibda billi nwassal it-tislijiet ta' l-Onorevoli Ministru ghal Ghawdex li minhabba obbligi Ministerjali barra minn pajjizna ma setghetx tkun prezenti ghall-inawgurazzjoni ta' dalghodu. Fil-prezent, il-Ministru tinsab f'Gotland, gzira zghira fl-Isvezja, fejn propju llum ser tikkonkludi ftehim dwar l-artigjanat bejn Ghawdex u Gotland fuq progett imsejjah "Wirtna".
Filwaqt li tibghat tiskuza ruhha, il-Ministru tifrah lill-Moviment Azzjoni Socjali ghal din l-inizjattiva, xhieda tal-vizjoni pro-attiva tal-Moviment, flimkien ma' l-impenn sabiex jinstiga djalogu kontinwu, edukazzjoni u formazzjoni, specjalment fl-oqsma socjali, kulturali u morali.
Il-Moviment Azzjoni Socjali minn dejjem ta lil Ghawdex l-importanza misthoqqa, dejjem apprezza l-karatteristici partikolari, il-potenzjal u l-bzonnijiet tal-gzira Ghawdxija u l-poplu taghha. Kien ghalhekk, per ezempju, li sa minn zmien ilu, konxju tal-persentagg oghla ta' anzjani f'Ghawdex, beda jahseb sabiex jibni l-kumpless tieghu f'Ghajnsielem, mahsub sabiex jipprovdi flatlets li jippermettu li persuni anzjani u dawk bi bzonnijiet specjali jghixu b'mod indipendenti, bil-wens u s-support li joffri l-kumpless.
Hawnhekk, ma nistax ma nsemmix ukoll, is-sehem tal-Moviment Azzjon Socjali, li flimkien mal-Ministeru u l-Hbieb tal-Morda u l-Anzjani f'Ghawdex hadmu bis-shih sabiex is-sena l-ohra jigi ntrodott ghall-ewwel darba f'Ghawdex servizz essenzjali ghall-anzjani Ghawdxin, is-servizz tal-Platt Shun, jew il-Meals on Wheels.
Illum qed ninawguraw progett iehor tal-Moviment, din id-darba progett ta' investigazzjoni, ta' ricerka, ta' qsim ta' ideat, ta' opinjonijiet, ta' esplorazzjoni tal-valuri tal-kommunit'� Ghawdxija.
It-temi illi l-Moviment Azzjoni Socjali qed tikkoncentra fuqhom jolqtu tista' tghid kull aspett tal-hajja fil-gzira taghna. Din hija tassew inizjattiva konkreta illi ghal darb' ohra qed tigi mwettqa minn organizzazzjoni volontarja li tfittex qabel kollox il-gid tal-kommunit'� li fiha topera.
In-nisga tal-valuri li nhaddnu ahna l-Ghawdxin, tifforma s-sisien tal-karattru partikolari taghna, li minkejja gens mhux daqstant numeruz, u li jifforma parti mill-poplu Malti, ghandu dawk il-karatteristici li jiddistingwuh u jaghmluh uniku.
Biex nifhmu ahjar l-identit'� taghna l-Ghawdxin, specjalment waqt il-mixja tal-progress, hemm bzonn illi nindivalizzaw u ngharfu x'inhuma dawk il-partikolaritajiet li jinsguna bhala gens bil-karattru shih taghna. Ghalhekk huwa ta' beneficcju kbir, anzi necessarju, illi ahna bhala Ghawdxin nippromwovu studji dwar il-poplu taghna u dak kollu li hu Ghawdxi. Nifhem li studji simili, jigifieri dawk socjologici u psikologici, mhux dawk storici, ghadhom ma sarux, ghalkemm dawk illi jikkoncentraw fuq il-poplu Mati in generali mhux l-ewwel darba li twettqu.
F'isem il-Ministru Giovanna Debono nixtieq li niehu din l-opportunit'� sabiex ninkoragixxi lil dawk il-persuni u organizzazzjonijiet li ghandhom ghal qalbhom lil Ghawdex sabiex ifittxu illi jgharfu iktar il-komunit'� Ghawdxija permezz ta' studji. Fost l-ohrajn, dan l-appell huwa ndirizzat lill-istess Moviment Azzjoni Socjali, kif ukoll lill-istudenti Ghawdxin li jistudjaw is-socjologija u l-psikologija.
Zviluppi socjo-kuturali u morali fi kwalunkwe komunit'� huma hafna drabi ta' beneficcju ghal dik l-istess socjet'� peress li jindikaw ftuh lejn orizzonti godda li ghakemm jistghu igibu maghhom xi xkiel ghall-valuri tradizzjonali, jifthu opportunitajiet u vizjonijiet godda. Hawnhekk fejn tidhol l-importanza tal-formazzjoni u l-edukazzjoni, fejn il-bniedem, sa minn ckunitu, jitghallem u aktar tard jinternalizza l-valuri.
Jiena minn qalbi, f'isem il-Ministru ghal Ghawdex, nawgura kull success lill-Moviment Azzjoni Socjali u lil-membri kollha tal-Moviment, filwaqt li nirringrazzjakom tal-kontribut siewi ili lkoll kemm intom qeghdin taghtu lil Ghawdex u lil-poplu taghna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN