PROGETT TA' LABORATORJI GODDA FIS-SIXTH FORM F'GHAWDEX
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, dalgħodu għamlet żjara qasira fiċ-Ċentru ta' Studji Ogħla Sir Mikelan' Refalo, fil-Victoria, fejn bħalissa għaddejja ħidma intensiva fuq l-erba' laboratorji sabiex fil-jiem li 'ejjin dawn jitlestew minn kollox.
Wieħed minn dawn l-erba' laboratorji, għall-użu tal-Fiżika, di'a' qiegħed jintuża mill-istudenti post-sekondarji Għawdxin, li sas-sena l-oħra kien ikollhom jagħmlu użu mill-laboratorji ta' l-iskola Sekondarja Ninu Cremona li tinsab fil-viċin. Il-pro'ett ta' l-estensjoni ta' l-iskola Post-Sekondarja Sir M.A. Refalo issa ser jagħti lil din l-iskola l-ewwel laboratorji tax-xjenza u computers. B'kollox, dan il-pro'ett jinkludi binja ta' madwar 900 metru kwadru. L-ispiża kapitali għal dan il-pro'ett ser tlaħħaq madwar Lm200,000 u qed issir minn fondi allokati mill-Ministeru għal Għawdex.
Dawn il-laboratorji ser jinfetħu uffiċjalment iktar tard dan ix-xahar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN