Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI

PR1283
Date Icon 02/10/2000

Nibda billi nirringrazzja lil-Kap Kmandant u l-fizzjali tal-Forzi Armati ta? Malta talli ghogobhom jistednuna lleja f?din ic-celebrazzjoni ta? l-anniversarju taghhom. Din hija okkazjoni ta? ferh bhal meta wiehed jaghlaq sninu, hija punt ta? riflessjoni kemm fuq il-passat, kif ukoll fuq il-gejjieni.

Fl-14 ta? Mejju 1968 il-Prim Ministru gorg Borg Olivier, waqt zjara li kien ghamel lir-Royal Malta Artillery fil-germanja, iddikjara li l-Gvern Malti kien ser jibda jassumi r-responsabbilt?har-Royal Malta Artillery b?sehh mill-1 ta? Ottubru 1970.

Il-Ligi li permezz taghha twaqqfet il-Malta Land Force ghaddiet mill-Parlament fit-22 ta? Settembru 1970 u l-ingagg beda fl-1 ta? Ottubru 1970.

Ma tistax, f?okkazjoni bhal din, ma tiftakarx minn xhiex ghaddiet l-Armata matul dawn l-ahhar tletin sena. Uhud minnkom hawnhekk kellhom sehem dirett u ppartecipaw personalment f?dawn il-grajjiet. Ghaddejna mit-Task Force, il-Korpi paramilitari, l-incident ikrah ta? l-ispluzjoni fuq il-Patrol Boat u incidenti ohra fejn kienu involuti suldati, id-dhul u l-hrug ta? Malta mill-Partnership for Peace, incidenti waqt strikes, il-hidma ma? l-immigranti klandestini u mitt haga ohra.

Fl-istess waqt, f?dan iz-zmien, l-Armata rnexxiela tkabbar sew il-mezzi ghad-dispozizzjoni taghha, kemm dawk ta? l-ajru, kif ukoll dawk marittimi, u dan jaghmel lill-Armata taghna llum izjed kapaci u efficjenti fix-xoghol taghha. Kull meta jkollha l-okkazjoni li tippartecipa f?ezercizzji militari mal-barranin, l-Armata Maltija dejjem taqta? figura tajba. Anki s-suldati u l-ufficjali Maltin, meta jaghmlu korsijiet barra fuq bazi individwali, jeccellaw. Din is-sena, bhal ma tafu, bghatna tliet stakkamenti b?ghajnuna umanitarja fil-Kosovo u b?hekk bdejna pagna gdida fl-istorja tas-suldat Malti. Insemmi wkoll il-partecipazzjoni ta? ufficjali Maltin fl-Arms Inspections li jsiru f?pajjizi barranin taht l-awspici ta? l-OSCE.

Dan kollu juri kemm avvanza u kemm sar flessibbli s-suldat Malti mis-snin sebghin ?il hawn.

Dawn l-avvenimenti llum inharsu lejhom b?sens ta? sodisfazzjon u b?sens ta? direzzjoni ghall-gejjieni. ghall-grazzja t?Alla, illum m?ahniex qed nghixu fi zmien ta? gwerra. Madankollu, it-theddida ghall-paci u stabbilit?ieghda hemm u tibqa? hemm, u tista terfa? rasha malajr meta jfettlilha, bhal ma rajna, per ezempju, is-sena l-ohra fl-ex-Jugoslavja.

Is-sigurt? l-prosperit?a? Malta jiddependu hafna fuq il-paci fl-Ewropa u fil-Mediterran. L-idea moderna tal-paci titlob hidma diretta u f?waqtha favur il-prevenzjoni tal-konflitti, specjalment qabel ma dawn jiehdu xejra vjolenti. Titlob ukoll ghajnuna umanitarja ghall-vittimi innocenti, l-aktar refugjati. Titlob hidma ta? rikonciljazzjoni u ta? rikostruzzjoni. Dawn huma l-hekk imsejha Petersberg tasks li Malta hi interessata tiehu sehem fihom permezz ta? l-Armata meta tkun membru ta? l-Unjoni Ewropea, anke ghax huma oqsma li fihom l-armata akkumulat esperjenza apprezzabbli matul is-snin.

Malta fil-passat tat il-kontribut taghha f'hidmiet umanitarji kif jitlob l-impenn taghha lejn is-solidarjeta` internazzjonali. Jehtieg li l-armata tissokta b'hidmiet simili fil-kuntest multilaterali. Mhux b'kumbinazzjoni li l-Unjoni Ewropea qed tfassal qafas li jippermettilha tirrispondi ghall-krizijiet internazzjonali b'mod effettiv.

Ladarba l-Ewropa qed timxi fl-istess direzzjoni, huwa xieraq li Malta, fic-cokon taghha u kif ghamlet fil-passat, taghti il-kontribut taghha sa fejn tista' u ma tibqax lura milli tpoggi rizorsi taghha ghad-dispozizzjoni ta' forza Ewropea f'dawk l-oqsma u l-operazzjonijiet li huma f'waqthom fis-sitwazzjoni prezenti. B'hekk, Malta permezz ta' l-armata taghha, tkompli taghti xiehda konkreta tal-principji li thaddan ukoll lil hinn minn xtutna.

Nixtieq intemm dan id-diskors billi nsellem lill-fizzjali kollha li mexxew lill-Armata b?tant entuzjazmu f?dawn l-ahhar tletin sena. Insellem ukoll lill-Membri kollha tal-Forzi Armati ta? Malta, li ta? kuljum taw u ghad qed jaghtu l-hidma taghhom b?ghozza u dedikazzjoni, kultant anke b?sogru personali, fid-diversi outposts ta? l-Armata, b?mod anonimu, bil-lejl u bin-nhar, kultant f?xoghol ta? rutina, izda ghaldaqshekk xejn anqas importanti u mehtieg. Insellmilhom u nghidilhom li xogholhom apprezzat hafna. J?Alla l-Armata tibqa? miexja fuq il-linji professjonali li qabdet u j?Alla s-suldat Malti jibqa? javvanza fis-sengha tieghu biex Malta jkollha Armata serja, iddixxiplinata li taghmel gieh lil pajjizna.

Grazzi hafna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow