DEVOLUZZJONI TAD-?DAR TAL-KEJKA' LILL-KUNSILL LOKALI TARXIEN
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, qal li l-politika tal-Gvern ta' devoluzzjoni ta' propjeta pubblika lill-Kunsilli Lokali hija waħda popolari u li din swiet sabiex il-Kunsilli Lokali jsiru aktar ċentru amministrattiv fuq bażi lokali.
Huwa qal dan f'ċerimonja qasira li matulha l-Kunsill Lokali Tarxien iffirma ftehim mad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex jieħu f'idejh id-dar magħrufa bħala ‘Tal-Kejka'.
Dr. Gatt qal li din il-politika ta' devoluzzjoni tolqot żew' punti importanti ħafna: Il-ħtie'a li l-Kunsilli Lokali jingħataw aktar poteri ta' amministrazzjoni – anke dik ta' proprjeta, u li permezz t'hekk jagħti aktar servizzi lil membri tal-komunita. Hija ħtie'a nazzjonali li postijiet ta' valur storiku li huma mitluqa jew mhux utilizzati tajjeb għandu jinstabilhom użu siewi għall-lokalita.
"Il-Gvern kien, għadu, u jibqa impenjat li fejn ikun possibbli, postijiet bħad-‘Dar tal-Kejka', li għandhom valur storiku u kulturali – jekk il-Kunsill Lokali jipproponi pro'ett vijabbli – dawn jingħataw lill-Kunsilli Lokali sabiex jamministrawhom," kompla l-Ministru.
Huwa temm billi għamel referenza għal-devoluzzjoni oħra li mistennija tibda titwettaq fil-bidu tas-sena d-dieħla – dik li l-lampi tat-toroq jibdew jkunu installati u mibdula mill-Kunsilli Lokali stess.
Is-Sindku ta' '�al Tarxien, s-Sur Pawlu Farrugia rringrazzja lil Ministru Gatt tal-impenn tiegħu personali sabiex din id-dar setgħet tgħaddi f'idejn il-Kunsill u ħabbar li d-Dar tal-Kejka se tibda tintuża bħala Mużew Kulturali Lokali u se tkun indukrata mill-Grupp tal-Iscouts tal-lokalita.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN