IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX F'LAQGHA MAL-KAPIKJIET TA' L-ISKEJJEL STATALI F'GHAWDEX
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, ltaqgħet ma' kapijiet ta' l-iskejjel statali f'Għawdex sabiex għal sena oħra, ti'i assigurata sena skolastika tajba għall-istudenti Għawdxin.
Filwaqt illi rringrazzjat lil dawk preżenti, il-Ministru għal Għawdex saħqet l-importanza tad-dixxiplina fl-iskejjel. "L-ewwel dixxiplina għandha tkun ma' l-għalliema", qalet il-Ministru, "għaliex huma l-istess għalliema li permezz ta' l-im'ieba tagħhom jirriflettu tajjeb jew ħażin fuq l-iskejjel tagħna". Il-Ministru għal Għawdex tenniet li mhux dejjem ħar'et sodisfatta mill-im'ieba ta' l-għalliema fl-iskejjel u għalhekk huwa dover tal-kapijiet ta' l-iskejjel li jassiguraw dixxiplina, diplomazija u interess min-naħa ta' l-għalliema. Hija responsabbilta` tal-Kapijiet ta' l-Iskejjel għall-im'ieba tajba ta' l-għalliema u għall-lezzjonijiet mogħtija.
Il-Ministru għal Għawdex offriet ukoll l-għajnuna tagħha sabiex tissaħħaħ id-dehra pożittiva ta' l-għalliema fl-iskejjel Għawdxin. Hija offriet is-servizzi ta' Image Consultant sabiex tisseddaq dehra professjonali li tixraq lill-iskejjel f'Għawdex.
Waqt din il-laqgħa annwali, il-Ministru għal Għawdex stqarret li l-programm intensiv ta' refurbishment ta' l-iskejjel li daħal għalih il-Ministeru għal Għawdex ser ikompli jitwettaq fis-snin li 'ejjin. Ix-xogħol li nbeda f'ħafna skejjel Primarji, Sekondarji u oħrajn, mistenni jitkompla skond l-ordni ta' prijorita`.
Il-Ministru għal Għawdex saħqet sabiex matul is-sena skolastika l-'dida tingħata spinta qawwija lill-qari f'Għawdex sabiex it-tfal Għawdxin javvanzaw daqs kull student ieħor f'Malta.
Minbarra illi laqgħet su''erimenti u kummenti min-naħa tal-Kapijiet ta' l-Iskejjel, il-Ministru għal Għawdex ikkonfermat li anke din is-sena skolastika ser tibda b'full complement fl-iskejjel f'Għawdex. Dan għaliex saret ħidma ntensiva mill-Ministeru għal Għawdex sabiex ji'i assigurat li l-iskejjel tal-gżira jkunu mogħnija bir-riżorsi umani neċessarji għall-bidu ta' sena akkademika oħra.
Waqt din il-laqgħa, il-Ministru għal Għawdex ħabbret it-twaqqif tal-Kunsill għall-Edukazzjoni għal Għawdex, bil-għan ewlieni li jikkordina d-diversi oqsma tas-settur ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex. Dan il-Kunsill għall-Edukazzjoni f'Għawdex, li ji''edded kull sentejn, għandu jħejji pjan sħiħ ta' forward-looking policies, kif ukoll iżomm lis-setturi kollha nvoluti fil-qasam ta' l-edukazzjoni fil-gżira mgħarrfa bil-qagħda kemm interna, kif ukoll dik esterna.
Il-Kunsill għall-Edukazzjoni f'Għawdex għandu jkun iffurmat mill-Kap ta' l-iskola Post Sekondarja t'Għawdex, mill-kapijiet taż-żew' skejjel Sekondarji, minn żew' rappreżentanti ta' l-iskejjel Primarji Statali, minn rappreżentanti ta' l-Iskejjel Primarji u Sekondarji Privati, kif ukoll mill-iskejjel speċjalizzati t'Għawdex. Il-'enituri ta' tfal li jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji, kemm statali kif ukoll primarji, għandhom jagħżlu persuna rappreżentattiva minn kull sezzjoni sabiex tirrappreżentahom fl-istess Kunsill, l-istess kif għandhom jagħmlu l-istudenti ta' l-iskola Post Sekondarja Sir Mikelan' Refalo.
Flimkien ma' dawn l-imsemmija għandhom ikunu wkoll rappreżentati l-Malta Union of Teachers(MUT), il-Kunsilli Lokali, id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ta' Malta, il-Gozo University Group (GUG), il-Gozo University Centre, il-Gozo Business Chamber, kif ukoll il-Gozo Tourism Authority (GTA). Il-preżenza tal-Gozo Business Chamber u l-Gozo Tourism Authority tassigura li l-qasam edukattiv f'Għawdex ikollu informazzjoni a''ornata dwar ħti'ijiet tas-suq tax-xogħol f'Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex jaħtar iċ-Chairperson kif ukoll is-Segretarju Eżekuttiv ta' dan il-Kunsill.
Il-laqgħa 'iet fi tmiemha billi l-Ministru stqarret lill-Kapijiet ta' l-Iskejjel t'Għawdex illi l-Ministeru għal Għawdex dejjem lest li jagħtihom l-għajnuna tiegħu f'każ li huma jiltaqgħu ma' xi problema. Dan għaliex il-Ministeru għal Għawdex jemmen bis-sħiħ fl-implimentazzjoni ta' edukazzjoni sħiħa fil-gżira u għalhekk irid ikompli jwettaq ħidma intensiva f'dan il-qasam tassew importanti għal Għawdex.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN