Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FI HDAN IL-MINISTERU TA' EDUKAZZJONI, L-ONOR. JESMOND MUGLIETT

PR1196
Date Icon 11/09/2000

B'riferenza ghal dak li qal il-bierah, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni L-Onor. Alfred Sant, is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Jesmond Mugliett qal li bid-diskors tieghu l-Kap ta' l-Oppozizzjoni qieghed ikompli jikkonferma kemm il-politika ta' l-Oppozizzjoni hi wahda negattiva.

Tajjeb li l-Kap ta' l-Oppozizzjoni jkun jaf li l-Ministri ta' l-Isport ta' kull pajjiz ikunu mistiedna sabiex jattendu ghall-paretecipazzjonijiet internazzjonali tat-timijiet ta' pajjizhom f'kompetizzjonijiet ewlenin bhal Olimpjadi, il-Finali tal-World Cup, Finali tal-kompetizzjonijiet tal-Football Ewropej etc. Dawn il-kompetizzjonijiet hafna drabi iservu ta' opportunitajiet sabiex isiru laqghat formali tal-Ministri ta' l-Isport tal-pajjizi partecipanti.

Fis-sentejn li ilu responsabbli bhala s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor Jesmond Mugliett dejjem qaghad attent u ghazel b'reqqa kbira liema stediniet jaccetta.

L-unici stediniet li accetta f'dawn is-sentejn kienu dawk li kien hemm agenda partikolari ghal Malta, bhal talbiet sabiex ikunu organizzati xi loghob, bini ta' kuntatti ewlenin. Fil-fatt, tajjeb li nsemmu z-zjara tat-tlett ijiem li ghamel ghal-Loghob tal-Pajjizi z-zghar li saru f'Leichenstein fejn ressaq it-talba sabiex Malta torganizza dan il-Loghob fl-2003. Tajjeb li wiehed isemmi li l-Onor. Joe Cilia meta kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport kien mar ghal diversi jiem Iceland ghal-loghob tal-Pajjizi z-zghar ta' l-Ewropa minkejja li ma kellux xi agenda partikolari. L-unika stedina ohra li accetta l-Perit Mugliett kienet ghal zjara ta' gurnata fl-iSpecial Olympics fejn saret prezentazzjoni sabiex Malta torganizza dawn il-loghob fil-futur.

L-involviment tas-Segretarju Parlamentari l-Onor. J. Mugliett f'dawn l-Olimpjadi kien wiehed dirett u ghen biex isiru kuntatti personali li wasslu biex gie Malta l-President tal-World Shooting Federationli ghenet il-partecipazzjoni ta' F. Pace fl-istess Olimpjadi. Is-Segretarjat ilu ukoll isegwi hidma mal-High Commission Awstraljan sabiex tinghata pubblicita fost il-Komunita Maltija fl-Awstralja wkoll dik ta' gbir ta' fondi mill-komunita' Maltija.

Il-partecipazzjoni Maltija f'dawn l-Olimpjadi qed tkun milqugha b'interess kbir mill-Komunita Maltija fl-Awstralja. Fil-fatt, il-kontingent Malti ghandu programm shih mal-kommunita Maltija li hemm fl-Awstralja. Is-Segretarju Parlamentari sejjer ukoll jaghti rikonoxximent lil dan l-appogg tal-Komunita Maltija f'Sydney lill-isportivi Maltin. Ghalhekk il-prezenza ta' Membru tal-Gvern f'dawn l-Olimpjadi hu floku u f'postu.

Is-Segretarju Parlamentari L-Onor. Jesmond Mugliett mhux sejjer Sydney biex joqghod jara ‘l-loghob imma ghandu sensiela ta' laqghat ma' Ministri Awstraljani u delegazzjonijiet sportivi minn pajjizi ohra. Sejjer ukoll jghin fil-hidma li l-Kumitati Olimpiku Malti ghandu sabiex jinbnew kuntatti ghall-partecipazzjoni ta' sportivi Awstraljani ta' dixxendenza Maltija f'kompetizzjonijiet bhal-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar, Loghob tal-Mediterran etc.

Iz-zjara tal-Perit Mugliett fl-Awstralja hija ghalhekk parti mill-hidma mibdija minn dan il-Gvern sabiex l-isport ikompli jinghata spinta ‘l quddiem u l-investiment li jixraqlu.

Flimkien ma' din l-istqarrija qieghed ikun mehmuz il-programm ufficcjali tas-Segretarju Parlamentari f'Sydney. (Not available in electronic form).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow