IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX IZZUR SKEJJEL PRIMARJI FEJN QED ISIR XOGHOL INTENSIV, SKOLASAJF 2000 F'GHAWDEX
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, dalgħodu żaret l-Iskejjel Primarji tal-Qala u ta' Sannat fejn bħalissa għaddej programm intensiv ta' xogħol marbut ma' kostruzzjoni, manutenzjoni u refurbishment.
Dawn iż-żew' skejjel Primarji huma biss uħud mill-iskejjel illi fihom għaddej ix-xogħol sabiex mhux biss jingħataw dehra 'dida iżda wkoll ikunu f'pożizzjoni li jtejbu l-faċilitajiet tagħhom.
Waqt iż-żjara uffiċjali fl-Iskola Primarja Anton Buttigieg tal-Qala, il-Ministru għal Għawdex 'iet akkumpanjata mill-Uffiċjal Edukattiv f'Għawdex, Laurence Galea, mill-Kap ta' l-Iskola, għalliema u ħaddiema ta' l-Iskola, mill-President tal-Kunsill Skolastiku, Horace Mercieca, kif ukoll il-Perit Maurice Galea li mexxa l-istudji neċessarji sabiex jitwettaq dan il-programm ta' manutenzjoni fl-iskejjel f'Għawdex.
Għall-bidu ta' sena skolastika oħra l-iskola primarja tal-Qala ser tibbenefika mhux biss minn dehra 'dida f'dak li hu żebgħa ta' bibien, twieqi u tibjid 'enerali ta' ħitan, iżda wkoll xogħol ta' kostruzzjoni sabiex jinbena uffiċċju attrezzat għall-Kap ta' l-iskola u l-ħaddiema l-oħra, kif ukoll sabiex il-klassijiet ikunu iktar aċċessibbli anke għal persuni b'diżabilita`. Bħalissa għaddej ukoll xogħol intensiv biex is-sistema elettrika ta' l-iskola ti'i mibdula għal waħda aktar moderna. Inbnew ukoll toilet facilities illi huma iktar milħuqa mill-istudenti u li jkunu komdi għal persuni b'diżabilita`. Barra minn hekk sar waterproofing mal-bjut ta' l-iskola sabiex ti'i evitata l-inkonvenjenza ta' leakage ta' l-ilma fix-xhur tax-xita.
Fil-bini ta' l-Iskola Primarja ta' Sannat, li jinkludi wkoll l-Iskola tal-Mużika ta' Għawdex kif ukoll is-Sezzjoni għal tfal bi bżonnijiet speċjali, magħrufa iktar bħala l-iSpecial Unit ta' Sannat (ESN Unit), bħalissa wkoll għaddej programm ta' xogħolijiet li jinkludi upgrading 'enerali kif ukoll introduzzjoni ta' faċilitajiet 'odda.
Dawn jinkludu fost l-oħrajn, it-twessiegħ ta' aperturi li jagħtu għal fuq il-playground prinċipali, l-introduzzjoni ta' rampi f'diversi naħat madwar l-iskola sabiex ti'i ffaċilitata l-użu ta' l-Iskola minn tfal bi bżonnijiet speċjali, it-tibdil ta' twieqi u bibien għal oħrajn double glazed illi jilqgħu għall-ksieħ, kif ukoll xogħol ta' manutenzjoni 'enerali madwar il-bini ta' l-iskola.
Waqt l-istess żjara, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, tkellmet ma' l-għalliema, ko-ordinaturi u studenti-ħaddiema illi organizzaw għal sena oħra SkolaSajf. Hija ltaqgħet ukoll ma' wħud mit-tfal li attendew dan il-programm ta' attivitajiet matul ix-xhur tas-sajf.
F'diskors qasir li għamlet il-Ministru għal Għawdex għall-okkażjoni hija rringrazjat mhux biss lill-ħaddiema kollha tad-Dipartiment tas-C.M.U. (Construction and Maintenance Unit) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, li qed jagħmlu minn kollox sabiex dan il-programm intensiv jitlesta f'qasir żmien, iżda wkoll lill-Kapijiet ta' l-Iskejjel kif ukoll lill-għalliema, ħaddiema oħra u 'enituri li permezz tas-sostenn kollu tagħhom il-qasam edukattiv fil-gżira jista' verament jimxi 'l quddiem.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN