STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI DWAR IZ-ZJARA TIEGHU F'SYDNEY
Il-kelliem ta' l-Oppozizzjoni ghall-iSport jew ma jafx kif jintghazlu l-atleti biex jippartecipaw fl-Olimpjadi jew inkella jrid jghawweg il-verita' meta jghid li ahjar tela' atleta iehor f'Sydney.
L-atleti fl-Olimpjadi jintghazlu fuq kemm jilhqu standards stabbiliti (minimum qualifying standards) jew fuq invit partikolari (wild cards). Il-kontingent Malti li sejjer Sydney ma setax ikun akbar milli fil-fatt hu ghax l-ebda atleta Malti iehor ma lahaq l- istandards u l- ebda sportiv iehor barra minn Frans Pace, Laurie Pace jew Mario Aquilina ma rcieva invit jew wild card. L-akkuza li xi hadd qed jiehu post ta' xi atleta hi ghalhekk totalment qarrieqa. Is-Segretarju Parlamentari sejjer jattendi ghall-Olimpjadi ghax din hi l-oghla forma ta' kompetizzjoni sportiva u l-loghob iservi wkoll ta' forum fejn jiltaqghu Ministri ta' l-iSport minn diversi pajjizi. Il-prezenza tal-Gvern waqt l-Olimpjadi hija turija ta' l-appogg u impenn lill-atleti li ser ikunu qeghdin jippartecipaw.
Il-fatt li l-Olimpjadi qed isiru f'Sydney fejn tinsab komunita' kbira Maltija hija okkazzjoni ideali fejn jigi rikkonoxut l-appogg li din il-komunita' dejjem tat u qed taghti lill-partecipazzjoni Maltija fl-Olimpjadi. Is-Segretarju Parlamentari sejjer jiltaqa' mal- komunitajiet tal-Maltin kif ukoll ma' diversi awtoritajiet sabiex jinholqu kuntatti godda partikolarment fl-isport u l-edukazzjoni.
Waqt iz-zjara tieghu f'Sydney is-Segretarju Parlamentari mhux biss sejjer isegwi l- partecipazzjoni ta' l-atleti Maltin imma wkoll ser jiltaqa' ma' zewg Ministri Awstraljani kif ukoll ghandu appuntamenti ma' Ministri ta' l-iSport minn pajjizi ohra. Is-Segretarju Parlamentari sejjer izur ukoll il-facilitajiet sportivi li nbnew ghal dawn il-loghob sabiex l-esperjenza miksuba f'dan il-bini tkun tista' tigi applikata fil-progetti ta' kumplessi sportivi Maltin.
Il-pubbliku sportiv Malti illum japprezza li l-budget ta' l-isport qieghed verament jintefaq kif suppost. Dan jixhdu l-interess li hawn fl-isport, il-partecipazzjoni dejjem tizdied f' diversi dixxiplini u l-apprezzament ta' diversi Assocjazzjonijiet Nazzjonali inkluz il- Kumitat Olimpiku Malti ghall-impenn tal- Gvern prezenti sabiex l-isport joghla 'l fuq fl-agenda politika Maltija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN