FTEHIM DWAR IR-RESTAWR TAL-KNISJA TAL-VITORJA
Fil-knisja tal-Madonna tal-Vitorja fil-Belt Valletta llum kien iffirmat ftehim bejn il-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta (VRP) u Din l-Art '�elwa li permezz tiegħu, għall-ewwel darba, dawn se jiffinanzjaw u jmexxu flimkien xogħlijiet ta' restawr li hemm bżonn li jsiru f'din il-knisja storika.
L-iffirmar sar mis-Sur Ray Bondin, Koordinatur Eżekuttiv tal-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, u mill-Imħallef Maurice Caruana Curran, President Onorarju ta' Din l-Art '�elwa, fil-preżenza tal-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, li qal li dan il-pro'ett hu impenn fit-tul li se jidħlu għalih il-VRP u Din l-Art '�elwa u li permezz tiegħu se jkun hemm is-sehem tal-privat fir-restawr ta' wieħed mill-'ojjelli storiċi li jeżistu fil-belt kapitali tagħna.
Hu fakkar li l-knisja tal-Madonna tal-Vitorja kienet l-ewwel bini li ttella' mill-kavallieri fil-belt Valletta u għalhekk hi l-aktar knisja antika li hemm fil-belt. Fil-knisja jeżistu diversi teżori, fosthom il-pittura li hemm mal-ħitan u mas-saqaf, li sfortunatament tinsab fi stat ħażin ħafna. Fil-fatt dik ta' mal-ħitan trid tinkixef peress li kien sar it-tibjid fuqha.
Il-Ministru Zammit Dimech semma li l-ewwel fażi tal-pro'ett li se jsir bi sħab bejn il-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u Din l-Art '�elwa se tkun ir-restawr tal-pittura tas-saqaf. Dan ix-xogħol mistenni jibda s-sena d-dieħla wara li jitlesta rapport li se jsir minn żew' speċjalisti Ingliżi, Stephen Rickerby u Lisa Shekede, li bħalissa qed jaħdmu fuq ir-restawr ta' l-affreski ta' Paladini fil-Palazz il-Belt.
Barra minn hekk, Din l-Art '�elwa ikkummissjonat ukoll rapport dwar il-faċċata ta' din il-knisja, li kienet inbniet mill-'did fis-17-il seklu, u fi żmien qasir mistenni jibda xogħol ta' restawr limitat li hu meħtie' isir fuq din il-faċċata.
Għalkemm il-pro'ett kollu se jkun koordinat mill-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, twaqqaf kumitat tekniku biex imexxi l-pro'ett. Dan il-kumitat hu magħmul minn rappreżentanti tal-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt, Din l-Art '�elwa, mid-Dipartiment tal-Mużewijiet u mit-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.
Il-Ministru Zammit Dimech faħħar is-sehem ta' Din l-Art '�elwa kemm f'dan il-pro'ett kif ukoll f'inizjattivi oħra favur il-wirt storiku ta' pajjiżna, u qal li min-naħa tiegħu, il-Gvern se jibqa' jwettaq bis-sħiħ l-impenn tiegħu għall-konservazzjoni ta' dan il-wirt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN