IL-PRIM MINISTRU FI ŻJARA FL-ISTATI UNITI U L-KANADA
Il-Prim Ministru ħalla Malta llum għal żjara fl-iStati Uniti u l-Kanada.
Fi New York il-Prim Ministru ser jieħu sehem fil-Millennium Summit tan-Nazzjonijiet Uniti li ser ilaqqa? madwar mija u ħamsin Kap ta? Stat u Gvern biex jiddiskutu wħud fost l-aktar sfidi importanti għad-dinja fis-snin li ġejjin.
Il-Millennium Summit, li mistenni jkun l-akbar laqgħa li qatt seħħet ta? mexxejja tad-dinja, ser jiddiskuti numru ta? temi taħt it-titlu ?In-Nazzjonijiet Uniti fis-Seklu 21?. Fost l-aktar sfidi importanti hemm l-għan li eluf ta? miljuni ta? bnedmin jintrefgħu mill-faqar li jgħixu fih; li jissaħħu l-ħidmiet għall-paċi li twettaq in-Nazzjonijiet Uniti; u li l-problemi ambjentali tal-pjaneta jsibu soluzzjonijiet aktar effettivi.
Is-Summit mistenni jilħaq impenji sostanzjali, fosthom li sa ħmistax-il sena oħra il-fqar tad-dinja jitnaqqsu bin-nofs; titnaqqas il-firxa ta? l-HIV u l-AIDS; u li subien u bniet jingħataw edukazzjoni bażika mingħajr differenzi bejniethom.
Lejlet il-bidu tal-Millennium Summit tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Prim Ministru ser jieħu sehem f?laqgħa tal-Commonwealth High Level Review Group. Dan il-grupp jiġbor fih għaxar Kapijiet ta? Gvern membri tal-Commonwealth biex flimkien iqisu x?rwol għandu jkollha l-Commonwealth fil-futur. Minbarra l-Prim Ministru Malti, il-High Level Review Group jinkludi l-Kapijiet tal-Gvern tar-Renju Unit, l-Awstralja, l-Indja, il-Papua New Guinea, Singapore, it-Tanzania, Trinidad u Tobago, iż-Zimbabwe u l-Afrika t?Isfel.
F?din il-laqgħa, il-Prim Ministru ser jipproponi li l-Commonwealth tiffoka iżjed milli għamlet s?issa fuq il-qasam tat-teknoloġija ta? l-informatika u taħdem biex tgħin ?il dawk il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex jidħlu fis-sistema ekonomika ġdida li qed toħloq ir-rivoluzzjoni elettronika.
Waqt il-laqgħat li ser jattendi fi New York, il-Prim Ministru mistenni jkollu wkoll diversi laqgħat bilaterali.
Fi New York ukoll il-Prim Ministru ser jiltaqa? mal-kommunita` Maltija t?hemm hekk. Il-Prim Ministru ser jiltaqa? wkoll mal-kommunitajiet Maltin f?Detroit u f?Toronto fil-Kanada.
Waqt iż-żjara tiegħu l-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mis-Sinjura Fenech Adami. Ser ikun akkumpanjat ukoll mill-Ministru ta? Affarijiet Barranin u s-Sinjura Borg. Id-delegazzjoni tal-Prim Ministru tinkludi wkoll lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta? l-Affarijiet Barranin Saviour Stellini, lill-Assistant Personali tal-Prim Ministru Richard Cachia Caruana, lid-Direttur ta? l-Affarijiet Multilaterali fil-Ministeru ta? l-Affarijiet Barranin Anthony Borg, lis-Segretarju Privat tal-Prim Ministru Peter Portelli u lill-Assistant Segretarju Privat tal-Ministru Borg, Charles Mifsud.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar it-Tnejn 11 ta? Settembru 2000.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN