BEDA R-RESTAWR TAL-KNISJA TA' SANTA KATERINA TA' L-ITALJA
BEDA R-RESTAWR TAL-KNISJA TA' SANTA KATERINA TA' L-ITALJA
Esperti Taljani, flimkien ma' impjegati mit-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, bdew ir-restawr minn barra tal-Knisja ta' Santa Katerina ta' l-Italja, fil-Belt Valletta – ħidma li qed tkun finanzjata mir-Raba' Protokoll Taljan u li mistennija tieħu madwar sena, peress li jrid isir restawr estensiv minħabba l-istat ħażin ħafna tal-'ebla fuq barra tal-knisja.
Waqt żjara li saret dalgħodu mill-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech u mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Joe Borg, akkumpanjati mill-Ambaxxatur Taljan Dottor Giancarlo Riccio, sar magħruf li hemm il-ħsieb li aktar 'il quddiem din il-knisja tkun restawrata wkoll minn 'ewwa.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li qabel beda x-xogħol tar-restawr ta' din il-knisja, li hi kunsidrata mil-lat arkitettoniku bħala waħda mill-aktar importanti li hawn fil-pajjiż, saru interventi biex tonqos l-umdit'� li kienet qed tagħmel ħsara, kemm lill-'ebla fuq 'ewwa kif ukoll fuq barra. Għal dan l-iskop saru madwar 600 toqba li fihom iddaħħlu vireg tal-ħadid. Din is-sistema, li tintuża internazzjonalment, di''� tat riżultati sodisfaċenti peress li l-livell ta' umdit'� beda jonqos.
Barra minn hekk, matul din is-sena, bl-għajnuna ta' l-Universit'� ta' Bologna, sar ħafna xogħol ieħor ta' tħejjija, inkluż il-'bir ta' dokumentazzjoni, stħarri' fotogrammetriku, u testijiet tal-'ebla u materjal ieħor użat, kif ukoll analiżi tal-livell ta' umdit'�.
B'riferenza għar-restawr tal-knisja fuq barra, il-Ministru Zammit Dimech enfasizza li din se tkun l-ewwel darba li qed isir restawr ta' bini antik magħmul mill-'ebla Maltija fejn qed jintuża proċess differenti mis-soltu. L-enfasi se tkun fuq il-konservazzjoni, aktar milli l-bdil tal-'ebla kif kien isir normalment f'interventi bħal dawn. Il-bdil tal-'ebel se jkun ristrett biss għal fejn teżisti ħsara estensiva. Hu qal li għal dan l-iskop qed isir użu wkoll minn għodod speċjali.
Hu żied li dan il-pro'ett ta' restawr, li mistenni jiswa madwar Lm250,000 u li ngħata wara sejħa għal offerti lill-kumpannija Taljana Iteras, hu wieħed minn sensiela ta' inizjattivi fil-qasam tar-restawr li qed jittieħdu mill-Ministeru għall-Ambjent, kemm permezz tal-Unit tar-Restawr kif ukoll tat-tliet Pro'etti ta' Riabilitazzjoni, ji'ifieri dawk tal-Belt Valletta, tal-Kottonera u ta' l-Imdina.
Fost l-oħrajn, hu semma t-tisħiħ li qed isir fit-Taqsima tar-Restawr bl-għajnuna ta' l-Universit'� ta' Bologna, fejn mhux biss impjegati ta' din it-Taqsima, inklużi periti, intbagħtu jitħarr'u barra minn Malta, iżda wkoll beda jsir 'bir ta' tagħrif storiku, 'bid ta' ritratti anki mill-ajru u analiżi dettaljata tas-swar u fortifikazzjonijiet oħra li għandna f'pajjiżna. Dan kollu kien finanzjat ukoll mir-Raba' Protokoll Taljan. Il-ħaddiema li ntbagħtu jitħarr'u barra minn Malta se jkomplu jiksbu aktar taħri' waqt ir-restawr li qed isir fuq il-Knisja ta' Santa Katerina.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Joe Borg irrifera għall-għajnuna li pajjiżna ilu jikseb mill-Italja, b'mod partikolari permezz tal-Protokolli Finanzjarji. Hu semma, fost l-oħrajn, li b'riżultat ta' l-erba' protokolli li saru f'dawn l-aħħar 20 sena, Malta kisbet mhux anqas minn Lm200 miljun.
Hu qal li r-Raba' Protokoll, li permezz tiegħu l-Italja kienet intrabtet li tgħaddi madwar Lm60 miljun, wasal biex jintemm u permezz tiegħu saru diversi pro'etti, fosthom il-Pjan dwar il-Protezzjoni Ċivili, it-tisħiħ ta' klinika għall-isportivi fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq, l-għoti ta' diversi scholarships, it-twaqqif taċ-Ċentru għall-Istudji dwar ir-Restawr, it-twaqqif ta' Heat Treatment Workshop, u pro'etti ta' restawr bħal dak tal-Knisja ta' Santa Katerina u aktar tard ta' l-Ospizio fil-Floriana, li aktar 'il quddiem se tibda topera minnu t-Taqsima tar-Restawr.
Hu qal li minn dan il-Protokoll l-Italja se tkun għaddiet għajnuna finanzjarja għat-tisħiħ tat-Taqsima tar-Restawr, għall-istħarri' u r-riċerka kollha li saru dwar is-swar min-naħa ta' l-Universit'� ta' Bologna u għar-restawr tal-Knisja ta' Santa Katerina ta' l-Italja.
Il-Ministru Borg semma wkoll li permezz tal-protokolli l-oħra kienu finanzjati diversi pro'etti oħra kemm infrastrutturali, kif ukoll fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u t-taħri', tas-saħħa, ta' l-ambjent u l-preservazzjoni ta' siti kulturali u monumenti.
Hu fakkar li l-għajnuna min-naħa ta' l-Italja m'hix marbuta biss ma' dawn il-protokolli, iżda wkoll permezz ta' l-Istitut Kulturali Taljan u tal-Missjoni Militari Taljana li ilha preżenti f'Malta għal dawn l-aħħar 27 sena.
Kemm il-Ministru Borg, kif ukoll il-Ministru Zammit Dimech, irringrazzjaw lill-Gvern Taljan għall-għajnuna u l-appo'' li kontinwament juri favur f'Malta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN