Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI JHARES LEJN BIDLA TA' MENTALITA' LI TIGGARANTIXXI SERVIZZ EFFICJENTI LIL KULL MIN QIEGHED FIN-NEGOZJU

PR1143
Date Icon 30/08/2000

F'laqgha li kellu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi l-Onor. Edwin Vassallo ma' grupp ta' sidien ta' ħwienet, huwa tkellem dwar it-tibdil li l-Gvern qiegħed iwettaq fit-tħejjija għas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja, tibdil li għandu jwassal biex naslu li f'pajjiżna jkollna l-għarfien meħtie' tas-self-employed u negozjant iż-żgħir. "Illum kull Gvern modern Ewropew li jrid jara s-suċċess fl-ekonomija tiegħu qiegħed jintrabat f'impenn ma' Gvernijiet oħra biex flimkien jaraw li jgħinu lin-negozjant iż-żgħir permezz ta' servizz mogħti b'effiċjenza." Huwa rrefera ghall-impenn li jixhed għalih il-European Charter għall-Impriżi ż-Żgħar.

Is-Sur Vassallo qal li l-Gvern Malti huwa wkoll impenjat biex jara li n-negozjant iż-żgħir jaħdem mingħajr tfixkil u semma l-ħidma li qieghda ssir fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, il-waqfien tas-Small Business Unit kif ukoll il-Li'i li waqqfet il-Kunsill Nazzjonali għall-Arti'janat li huma xhieda li l-Gvern jimpurtah li joffri l-aħjar servizz lis-self-employed u n-negozjant iż-żgħir.

Huwa kompla jghid li l-għarfien ta' politika favur l-intrapriża ż-żgħira għandha tkun pass 'il quddiem biex f'pajjiżna nagħmlu l-akbar bidla ta' mentalita` li neħtie'u. "Irridu ni''ieldu l-individwaliżmu u l-indifferenza li qegħdin jaħkmu l-politika u jirriduċuha f'parti''janiżmu fanatiku li ma jagħraf l-ebda mpenn kollettiv. Hekk ukoll kull min għandu sehem x'joffri għall-iżvilupp trejdjunjonistiku xi drabi qiegħed jinsa l-'id komuni meħtie' għall-poplu tagħna . '�andna uffiċjali li jaħdmu fiċ-ċivil u diversi ħaddiema oħra li jistgħu xi drabi jinsew dmirijiethom lejn dawk li jinqdew mingħandhom," sostna s-Sur Vassallo.

Is-Segretarju Parlamentari rrefera ghal min jitkellem dwar in-nuqqasijiet tal-Gvern, daqs li kieku f'pajjiżna ser nibqgħu maħkuma minn mentalita` li kollox jiddependi mill-Gvern. "Mingħajr ma nneħħi jew innaqqas ir-responsabbilta` tal-Gvern mid-deċiżjonjiet li huwa fid-dover li jieħu, ma nemminx li għadu l-waqt li meta nitkellmu biex nirriflettu r-rejalta` taċ-ċirkustanzi ta' madwarna, nibqgħu nitkellmu dwar il-Gvern daqs li kieku huwa l-assolut f'dan il-pajjiż. Nemmen li wasal il-waqt li meta nirreferu għan-nuqqasijiet li għandna f'xi servizzi, għandna nirreferu għal min qiegħed iwettaq dan in-nuqqas. Hekk ukoll meta ningħataw servizz effiċjenti, ngħarfu lil min qiegħed jagħtih u nkunu rikonoxxenti ." sostna s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Huwa tenna li jemmen li meta nitkellmu dwar is-servizz effiċjenti li min huwa f'negozju tant jeħtie', ma għadniex nikkomparaw iż-żgħir mal-kbir. "Bl-ebda mod il-Gvern ma huwa qiegħed iwettaq xi għażla ta' preferenza fejn jagħzel il-kbir u mhux liż-żgħir. Dan nixhed għalih bil-ħidma li qiegħed inwettaq fejn nara li nkun il-ħin kollu disponibbli għall-iżgħar inizjattivi fin-negozju u naraw kif dawn ikunu mgħejjuna jirnexxu. Hekk ukoll nemmen li kull min irid jara servizz jingħata b'aktar effiċjenza għandu jaħdem biex f'pajjiżna ti'i fis-seħħ bidla ta' mentalita` lejn "servizz b'aktar effiċjenza" . Dan ngħidu bla ma nagħżel settur min ieħor. L-għajta lejn servizz b'aktar effiċjenza għandha tkun immirata lejn kull settur li jagħmel l-ekonomija dak li hi minghajr ma neskludu lil hadd. Mingħajr ma nippuntaw subgħajna lejn xulxin, għandna ngħinu lil xulxin nifhmu aktar is-siwi li naqdu dmirna bl-aħjar mod possibbli," kompla jghid is-Sur Vassallo.

Huwa qal li mexjin lejn rejalta` fejn is-servizz għandu jkun effiċjenti u ta' kwalita`. "Il-kompetizzjoni ma ser taħfirha lil ħadd. Min qiegħed fin-negozju jkollu jikkompeti kemm-il darba jrid jibqa' fin-negozju u jagħmel il-qliegħ. Hekk ukoll kull min qiegħed jaħdem fis-settur tas-servizzi ser ikollu jikkompeti u jasal biss jekk joffri servizz effiċjenti" sahaq is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

Huwa innota li l-bidla qiegħda sseħħ iżda biex tirnexxi għandna bżonn l-impenn kollettiv. "Dan il-pajjiż jista ikun ferm aħjar milli hu, kemm-il darba kull wieħed u waħda minnha jwettaq dmiru bl-aħjar mod possibli. Wasal il-waqt li nkomplu nitolbu l-aħjar li nistgħu nitolbu. Il-bidliet li qegħdin iseħħu f'pajjiżna għalhekk huma kollha maħsuba biex itejbu s-servizz li għandu jingħata lil min qiegħed fin-negozju u b'hekk bhala pajjiż ingawdu mill-gid li nkattru" temm jgħid is-Sur Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow