Left arrow Go Back

L-IMPENJI TAL-PRIM MINISTRU FIL-POLONJA

PR1140
Date Icon 29/08/2000

Il-Prim Ministru llum kompla bl-impenji tiegħu fil-Polonja.

Fil-għodu l-Prim Ministru attenda l-attivita` li fakkret l-għoxrin anniversarju mit-twaqqif tal-moviment Solidarnosc. L-attivita` saret fit-tarzna ta? Gdansk, propju fejn għoxrin sena ilu seħħew il-ġrajjiet li kellhom iwasslu għall-bidu tal-waqa? tal-kommuniżmu kemm fil-Polonja, kif ukoll fl-Ewropa.

Wara din iċ-ċerimonja l-Prim Ministru attenda għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew.

Wara nofs in-nhar il-Prim Ministru ħa sehem f?konferenza organizzata mill-Gvern Pollakk bit-tema ?Idea tas-Solidarjeta` bħala fattur li jsawwar il-Politika fis-Seklu 21?.

F?diskors imqanqal il-Prim Ministru rrefera għal kif fl-istess żmien li Solidarnosc kienet qed tiġġieled għad-drittijiet tal-poplu Pollakk, f?Malta kienu qed jiġu attakkati d-drittijiet bażiċi. Il-Prim Ministru rringrazzja lill-mexxejja Ewropej li f?dak iż-żmien diffiċli wrew solidarjeta? mal-ħaddiema Maltin.

Il-Prim Ministru qal li hemm bżonn li dak li beda f?Gdansk għoxrin sena ilu jitkompla b?viżjoni. M?hux sew li pajjiż jikkonċentra biss fuq it-titjib tal-ġid materjali: hemm bżonn li fil-progress ukoll ikun hemm il-kunċett tas-solidarjeta`.

B?hekk biss il-progress ma jwassalx għall-firda soċjali. Is-solidarjeta` għandha tkun il-bażi li fuqha nibnu l-progress.

Malta ħadet numru t?inizjattivi bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjeta? bejn il-pajjiżi. Fost dawn hemm inizjattivi fin-Nazzjonijiet Uniti fosthom dik dwar il-Wirt Komuni. Id-diskors tal-Prim Ministru ntlaqa? b?akklamazzjoni.

Matul din iż-żjara il-Prim Ministru kellu laqgħat bilaterali mal-Prim Ministru tal-Polonja Jerzy Buzek u mal-Prim Ministru tas-Slovenja Andrej Bajuk. Waqt dawn il-laqgħat id-diskussjoni kkonċentrat fuq il-proċess ta? sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow