IL-PRESIDENT GUIDO DE MARCO JIPPREZENTA ELF LIRA LIL DAR NAZARETH
IL-PRESIDENT GUIDO DE MARCO JIPPREZENTA ELF LIRA LIL DAR NAZARETH
Il-President ta' Malta, il-Prof. Guido de Marco f'isem il-Malta Community Chest Fund, ipprezenta cekk ta' elf lira lil Dun Ang Seychell ghall-Fondazzjoni Dar Nazareth. Din hija s-seba' sena wara l-ohra li l-Community Chest Fund ghamel din l-ghotja. Permezz ta' l-ghotjiet tal-Community Chest Fund, Dar Nazareth ibbenefikat minn madwar sitt elef lira biex f'din id-dar li qed tilqa fiha komunita' ta' persuni bi bzonnijiet specjali, setghu jsiru l-bidliet mehtiega.
Il-President de Marco awgura lil Dun Ang Seychell ghall-inizjattiva li ha biex din id-dar li kienet tieghu personali, infethet ghal nies bi bzonnijiet specjali tal-lokal.
Id-direttur ta' Dar Nazareth, Dun Ang Seychell qal li din l-ghotja se tintuza biex tinfetah dar gdida minhabba li Dar Nazareth saret zghira wisq. Huwa radd hajr lill-President u lill-Community Chest Fund ghall-ghajnuna li dejjem taw.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN