STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA
STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA
Il-Ministeru ta' l-Agrikultura jirreferi ghall-istqarrija mahruga mill-Kunsill Lokali tal-Marsa dwar ghassiesa fil-gnien Belveder fil-Marsa u jixtieq jinforma b'dan li gej –
It-Taqsima ta' l-Urban and Rural Landscaping tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kienet tokkupa xi kmamar f'dan il-gnien u b'arrangament bonarju kienet tiehu hsieb il-manutenzjoni ta' dan il-gnien bla hlas. Dan minkejja l-fatt li l-obbligu tar-responsabbilit'� ta' dan il-gnien taqa' direttament taht il-Kunsill Lokali tal-Marsa.
Sadanittant, bhala parti mir-riorganizzazzjoni ta' din it-taqsima, intenzjonata ghall-utilizzar ahjar tar-rizorsi umani tal-Ministeru, il-funzjoni li ghandhom l-ufficini li kienu f'dan il-post gew trasferiti ghal post iehor. L-ghassiesa li kienu jinzammu hemm kienu ghassa ma' dawn l-ufficini u mhux mal-gnien. Peress li dawn l-ufficini issa gew imcaqalqa ghal post iktar centrali ghall-htigijiet tat-Taqsima, naturalment dawn l-ghassiesa imxew ma' l-ufficini.
It-tmexxija u l-amministrazzjoni ta' dan il-gnien huma responsabbilit'� tal-Kunsill Lokali tal-Marsa. Tajjeb li wiehed ifakkar li dan il-Kunsill ghandu arrangamenti ma' kuntrattur privat fuq xoghlijiet tan-natura ta' manutenzjoni f'dak li jirrigwarda dan it-tip ta' xoghol.
Huwa assolutament mhux minnu li tnehhew xi ghassiesa minn gonna ohra li jaqaw taht ir-responsabbilit'� tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN