ITTRA MIBGHUTA MID-DIRETTUR GENERALI TAS-SAHHA LILL-GWU U LILL-UHM, DWAR L-INTRODUZZJONI TAL-PALM READER FL-ISPTAR MONTE CARMELI
Dan li jsegwi huwa t-test ta' ittra mibghuta mid-Direttur Generali tas-Sahha lill-GWU u lill-UHM, dwar l-introduzzjoni tal-palm reader fl-Isptar Monte Carmeli.
24.08.2000
24 ta' Awissu 2000
Introduzzjoni ta' Palm Reader fl-Isptar Monte Carmeli
Kif kontu gejtu nfurmati mid-Direttur tal-Policy and Planning, il-‘palm reader' kellu jiehu post il-‘punch clock' minn nhar it-Tnejn 21 ta' Awissu. Wara li l-Union tieghek harget direttivi lill-impjegati koncernati, id-Divizjoni tas-Sahha, b'sens ta' rieda tajba, ddecidiet li tiposponi d-data li fiha kellha ssir il-bidla, biex taghti cans li jsiru aktar diskussjonijiet.
Id-Divizjoni tas-Sahha ssostni li dak li qed taghmel huwa biss pass amministrattiv li permezz tieghu qed tibdel l-arlogg li juzaw l-impjegati minn wiehed mekkaniku ghal wiehed elettroniku, pass amministrattiv li bl-ebda mod ma jnaqqas jew ibiddel il-kundizzjonijiet tax-xoghol. Jidher li l-Union tieghek hija ta' fehma ohra.
Id-Divizjoni tas-Sahha lesta li tiddiskuti dan il-punt mal-Union tieghek jekk id-direttivi moghtija jigu irtirati. F'kaz li l-Union tieghek tibqa' ssostni l-pozizzjoni prezenti taghha, jiena ma jibqghali l-ebda triq ohra hlief li niehu dawk il-passi kollha necessarji sabiex inkun nista' nattwa dak li bi dritt huwa prerogattiva tal-Management.
Dr Ray Busuttil
Director General (Health)
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN