Left arrow Go Back

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI KORRETTIVI

PR1115
Date Icon 21/08/2000

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SERVIZZI KORRETTIVI

Fir-rapport imxandar fil-programm ta' l-ahbarijiet fuq Super One TV nhar il-Hamis 17 t'Awissu 2000 saru numru ta' allegazzjonijiet serji dwar id-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li jitolbu twegiba:

Saret allegazzjoni li d-Direttur tal-Habs nefaq is-somma ta' Lm5000 biex irrinova l-ufficcju l-gdid tieghu. Marbut ma' din l-allegazzjoni hemm mizjud illi l-gwardjani qed jilmentaw li minhabba s-sitwazzjoni finanzjarja, huma m'humiex qed jinghataw l-affarijiet bazici biex iwettqu dmirhom skond il-gurament li hadu.

Dan ma hu veru xejn. L-ammont li ntefaq biex id-Direttur irrinova u biddel l-ufficcju tieghu, hu ferm anqas minn Lm5000, u r-rapport ma jsemmix x'inhuma l-affarijiet bazici li allegatament m'hux qed jigu provduti lill-gwardjani. Id-Direttur bidel l-ufficcju sabiex ikollu kuntatt aktar mill-qrib ma' l-attivitajiet tal-habs.

Gie allegat ukoll illi madwar 9 xhur ilu, Pulizija u Social worker inqabdu jaghmlu atti sesswali f'wiehed mill-ufficini, u minkejja li l-identit'� tal-Pulizija hija maghrufa, baqghu ma ttiehdux passi kontrih.

Il-verit'� tal-fatti hi, li dan l-allegat incident, li allegatament sehh f'Novembru 1999, gie investigat u ma nstabu l-ebda provi li dan l-allegat reat, fil-fatt sehh. Ma jistghu jittiehdu l-ebda passi dixxiplinarji fuq allegazzjoni.

Fl-istess programm ta' l-ahbarijiet gie allegat ukoll li kuntistabbli tal-Pulizija, stazzjonat f'wahda mid-divizjonijiet tal-Habs, hebb ghal maggur tal-habs fil-prezenza ta' gwardjani u prigunieri. Gie allegat illi, waqt dan kollu, inkiser parti mill-airconditioner ta' l-ufficju tad-Direttur u ma ttiehdu l-ebda passi kontra l-pulizija li beda l-argument.

Din l-allegazzjoni hija kompletament zbaljata. L-Awtoritajiet tal-Habs lestew l-investigazzjonijiet dwar dan l-incident u se jittiehdu passi dixxiplinarji kontra l-pulizija kif ukoll kontra l-maggur, li skond ir-rapport ta' l-investigazzjoni, dawn qatt ma gew fl-idejn. Dan l-incident sehh diversi metri 'l boghod mill-ufficcju tad-Direttur, f'bitha separata u ghalhekk huwa difficli wiehed jifhem kif seta' jinkiser l-airconidtioner meta l-incident, li fih hadd ma gie fl-idejn, sehh 'il boghod mill-ufficcju. Incidentalment l-airconditioner imsemmi ilu bil-hsara u ilu ma jintuza ghal sena u nofs shah.

Bhala konkluzjoni, jrid jinghad illi l-etika gurnalistika titlob li kull informazzjoni miksuba ghandha tkun ivverifikata qabel tixxandar. Fil-kaz tal-programm ta' l-ahbarijiet imsemmi fuq Super 1 TV, l-ebda allegazzjoni ma giet ivverifikata ma' l-Awtoritajiet tal-Habs qabel ixxandret.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow