IL-GVERN SE JIKKONSULTA LIL KULHADD DWAR L-ABBOZZ TA' LIGI DWAR L-ARMI
IL-GVERN SE JIKKONSULTA LIL KULHADD DWAR L-ABBOZZ TA' LIGI DWAR L-ARMI
B'referenza ghall-istqarrija mahruga mill-GOL (Gun Owners' Lobby) fid-9 t'Awissu 2000 dwar "thassib dwar il-Ligi ta' l-Armi minn Entitajiet Koncernati", il-Ministeru ta' l-Intern jixtieq jiccara dawn il-punti:
Il-Gvern ghad m'ghandux dan l-abbozz f'idejh kif imhejji mill-konsulenti tieghu. Malli dan l-abozz ikun lest, kif wieghed, il-Gvern ikun jista' jibda bil-process ta' konsultazzjoni.
L-asserzjoni tal-GOL li "hemm xi intenzjoni li l-abbozz jibqa' mistur" hi kompletament infondata. Naturalment l-ahhar kelma tkun tal-Kabinett u tal-Parlament.
Il-Ministeru japprezza li qabel ma' l-GOL tohrog stqarrija li tikkoncerna lilu, il-fatti jkunu vverifikati minn qabel.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN