Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS TAL-MINISTRU TA' L-INTERN, L-ONOR TONIO BORG, WAQT IT-TNEDIJA TAL-PUBBLIKAZZJONI TAL-KTEJJEB "IC-CITTADINANZA DOPPJA ? IR-REGOLA, M'HUX L-ECCEZZJONI"

PR1098
Date Icon 16/08/2000

PUNTI MID-DISKORS TAL-MINISTRU TA' L-INTERN, L-ONOR TONIO BORG, WAQT IT-TNEDIJA TAL-PUBBLIKAZZJONI TAL-KTEJJEB "IC-CITTADINANZA DOPPJA – IR-REGOLA, M'HUX L-ECCEZZJONI"

Il-Ligi l-gdida dwar ic-Cittadinanza dahlet fis-sehh fl-10 ta' Frar ta' din is-sena u minn dak inhar it-talbiet u l-mistoqsijiet ta' nies interessati dwar din il-ligi, ma waqfux.

Sal-gimgha li ghaddiet kellna 825 persuna li lilhom gie kkonfermat mid-Dipartiment tac-Cittadinanza u ta' l-Expatriates, li huma jikkwalifikaw biex izommu zewg cittadinanzi jew aktar.

Hemm ukoll 283 persuna li akkwistaw ic-Cittadinanza Maltija dig'�, u minn dawn 101 huma tfal imwielda bejn l-1964 u l-1989 minn omm Maltija, u 100 li kienu tilfu c-cittadinanza Maltija, u issa, bis-sahha ta' l-ahhar tibdil fil-ligi, regghu akkwistawha ghax jistghu jzommuha flimkien mac-Cittadinanza barranija taghhom.

Il-Ligi l-gdida qed tkun ta' beneficcju kbir, anke finanzjarju ghal dawk in-nies li, ghal diversi ragunijiet, ghandhom bzonn ic-Cittadinanza Maltija, izda m'humiex lesti jcedu dik barranija.

Tajjeb li nfakkar li l-emendi principali ghal din il-ligi huma tlieta:

Min illum jaghlaq tmintax-il sena, u jkollu zewg jew aktar cittadinanzi, jista' jzommhom kollha minghajr ma jintalab jaghzel bejn il-Maltija u l-ohrajn.

Min tilef ic-cittadinanza Maltija ghax akkwista cittadinanza barranija u ghex sitt snin jew aktar barra minn Malta, jerga' jakkwista lura c-cittadinanza Maltija awtomatikament minghajr il-htiega li japplika ghaliha.

It-tielet emenda ewlenija hija li persuna barranija li tizzewweg lil cittadin jew cittadina Maltija, tista' takkwista c-cittadinanza Maltija biss wara hames snin ta' zwieg u ta' konvivenza. Ladarba jghaddu l-hames snin, il-persuna mhux biss takkwista c-cittadinanza Maltija, izda tkun tista' zzomm ic-cittadinanza originali taghha.

Naturalment din hi s-sustanza tal-ligi fi kliem semplici, izda mhux ic-cirkostanzi ta' kulhadd huma l-istess, u billi m'hux kulhadd hu avukat li jista' jifhem il-ligi u japplikaha, il-mistoqsijiet ta' mijiet ta' nies jekk jikkwalifikawx jew le ghac-cittadinanza ma jonqsu qatt.

Wara aktar minn sitt xhur ta' processar ta' talbiet, id-Dipartiment tac-Cittadinanza u ta' l-Expatriatesimmexxi mid-Direttur is-Sur Joe Treeby Ward, gabar tlieta u tletin sitwazzjoni l-aktar komuni u li jkopru l-ligi kollha, tahom forma ta' Mistoqsija u Twegiba u qed jippubblikahom f'dan il-ktejjeb.

Il-ktejjeb jinkludi wkoll l-Emendi li saru ghall-Att dwar ic-Cittadinanza kif ukoll l-emendi li saru fil-Kostituzzjoni. Sezzjoni ohra tinkludi l-formoli li wiehed irid jimla biex it-talba tieghu tigi pprocessata u d-dokumenti li wiehed ghandu jgib mieghu biex jissottometti applikazzjoni.

Il-ktejjeb se jitqassam fl-Ambaxxati u l-Konsolati kollha f'Malta u dawk li Malta ghandha f'pajjizi barranin. Kull min hu interessat li jikseb kopja jista' jikkuntattja lid-Dipartiment tac-Cittadinanza u ta' l-Expatriates.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow