SERVIZZ GDID FIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAULE
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, waqt konferenza stampa ta aktar dettalji dwar servizz gdid li se jibda jahdem gewwa r-Residenza San Vincenz de Paule.
Il-htiega ta' Social Workers fir-Residenza San Vincenz, fejn hemm aktar minn 1000 resident, ilha tinhass. Ghalhekk issa ser jibda jkollha zewg Social Workersfull-time ghas-servizz ta' l-anzjani ta San Vincenz de Paul sabiex inkomplu ntejbu il-kwalita' ta' hajja ta' dawn ir-residenti.
Wara diskussjonijiet bejn id-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Anzjani u l-SWDP - is-Social Work Development Programme, sar qbil sabiex nibdew inhaddmu dan is-servizz gdid gewwa SVPR. Din hi l-ewwel okkazjoni fejn dan is-servizz provdut mill-SWDP qed ikun ghas-servizz tal-anzjani. Dan huwa servizz iehor provdut lill-anzjani kollha. Fil-fatt huwa mahsub li dan is-servizz jinghata wkoll fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern.
Persuna anzjana li tidhol gewwa San Vincenz de Paul, u allura ikollha thalli lil-familja taghha, l-ambjent tar-rahal taghha, il-hbieb taghha, ikollha bzonn ta' ghajnuna specjali sakemm tintegra fl-ambjent gdid. Ghalhekk dawn is-Social Workers ser ikollhom ir-rwol li jaghtu l-ghajnuna taghhom lil dawn ir-residenti, jispjegawlhom u jissapportjawhom moralment fil-hajja gdida taghhom. Biex dan is-servizz ikun success dan kollu jrid isir b'kollaborazzjoni shiha mal-istaff professjonali / mediku tar-Residenza.
Is-Sur Joe Gerada - Chief Executive Officer tal-SWDP, qal li l-agenzija SWDP ghandhom aktar minn 80 Social Workers kwalifikati li qed joffru dan is-servizz f'Malta filwaqt li mill-bidu ta' din is-sena dahlu 30 Social workers godda.
Waqt l-istess konferenza stampa, Dr Mifsud Bonnici irringrazzja lill-kumitat "Hbieb ta' San Vincenz" ta l-inizjattivi u x-xoghol prezzjuz li qed jaghmel dan il-kumitat fl-ahjar interess tar-residenti.
F'dawn il-granet shan tas-sajf, dan il-kumitat ha hsieb li jinstalla air conditioningunits gewwa bosta mis-swali. Dan kien possibli bl-ghajnuna finanzjarja ta' dawn l-intraprizi:- Enemalta, Mediterrenean Offshore Bunkering Co Ltd., Malta Financial Services Centre, Malta International Airport Plc, Mizzi Group of Companies u il-Community Chest Fund.
Is-sur Alfred Zahra, f'isem il-kumitat 'Hbieb ta' San Vincenz" filwaqt li irringrazzja lil dawn il-kumpaniji tal-ghajnuna finanzjarja taghhom, appella lill- organizzazzjonijiet u intraprizi ohra joffru huma wkoll l-ghajnuna lil dan il-kumitat fl-ahjar interess tar-residenti.
Is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici irringrazzja lis-sur Joe Gerada CEO tal-SWDP tal-ghajnuna u l-koperazzjoni tieghu ghal dan is-servizz gdid li zgur se jkun ta' ghajnuna kbira ghar-residenti. Huwa rringrazzja wkoll lil kumitat 'Hbieb ta' San Vincenz" tax-xoghol volontarju taghhom li qed joholqu ambjent tant sabih fejn l-anzjani jkunu jistghu jghixu hajja ahjar gewwa r-residenza San Vincenz de Paul.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN