RAPPREZENTAZZJONI MILL-KUNSILL TA' L-EWROPA FIL-LAQGHA REGJONALI TA' L-FAO GEWWA L-PORTUGALL
RAPPREZENTAZZJONI MILL-KUNSILL TA' L-EWROPA FIL-LAQGHA REGJONALI TA' L-FAO GEWWA L-PORTUGALL
L-Onor Francis Agius, MP, se jirrapprezenta lill-Kunsill ta' l-Ewropa fil-laqgħa regjonali ta' l-FAO. Din se ssir f'Oporto, l-Portugall bejn l-24 u t-28 ta' Lulju 2000 u minbarra su''etti ta' natura amministrattiva, bħax-xogħol li qed tagħmel l-FAO fir-re'jun, se jkunu diskussi dawn it-temi li gejjin:-
- l-iżvilupp u l-bini mill-'did tas-settur agrikolu ta' pajjiżi milquta minn diżastri naturali u gwerer, bħalma hu l-każ fil-Balkani;
- il-kwalita' u s-sigurta' ta' l-ikel li 'ej mill-organic farming ;
- il-kwalita' u s-sigurta' ta' l-ikel u kif din tkun affettwata mill-għalf ta' l-annimali; u
- l-idea li l-agrikoltura u l-użu ta' l-art hi multifunzjonali, ji'ifieri mhux biss tieħu ħsieb u tassigura l-provvista ta' l-ikel, imma sservi wkoll lill-ambjent u għandha skop soċjali u ekonomiku bħal fil-każ tat-turiżmu.
L-Onor Francis Agius huwa membru tal-Kumitat ta' l-Agrikoltura u Żvilupp Rurali tal-Kunsill ta' l-Ewropa kif ukoll membru tas-Sotto Kumitat ta' l-Ikel u Chairman tas-Sotto Kumitat tas-Sajd tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN