XOGHOL GHALL-HADDIEMA TAL-KALAXLOKK
XO'�OL GHALL-'�ADDIEMA TAL-KALAXLOKK
Wara l-iskema għall-irtirar volontarju ta' ħaddiema tal-Kalaxlokk li qamet lill-poplu mas-sitt miljun Lira, il-kumpanija Kalaxlokk kellha ssir viabbli. Iżda tul dawn l-aħħar xhur deher ċar li l-kumpanija ma setgħetx ti'bed xogħol għall-ħaddiema tagħha minħabba l-prattiċi ta' xogħol eżistenti.
'�al seba' xhur sħaħ il-kumpanija Kalaxlokk ippruvat tilħaq ftehim mal-General Workers' Union biex dawn il-prattiċi jinbidlu. Fost dawn hemm ix-xogħol bin-nofs ta' nhari, sistema ta' sick leave u leavem'hux aċċettabbli u l-insistenza ta' supervision tal-ħaddiema mill-Kalaxlokk anke meta l-ħaddiema jkunu qed jaħdmu ma' ħaddiema oħra. Dan kollu wassal biex il-kumpanija Kalaxlokk lanqas għandha biex tħallas il-pagi.
Dal-għodu wara dimostrazzjoni, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, is-Sur Tony Zarb, talab li jkellem lill-Prim Ministru. F'din il-laqgħa qasira, is-Sur Zarb talab li l-ħaddiema jitħallsu l-pagi tagħhom. Il-Prim Ministru wie'eb li l-kumpanija ma kellhiex cash flow u għalhekk ma ħallsitx il-pagi, iżda l-Gvern, bħala share holder tal-kumpanija kien ser jara li kull min ħadem jitħallas.
Wara diversi kuntatti 'ie stabbilit li l-kumpanija Kalaxlokk kienet se ddaħħal xi flus dovuti lilha u bihom il-pagi dovuti sal-lum jistgħu jitħallsu mill-kumpanija m'hux aktar tard mis-Sibt. Is-Sur Zarb aċċetta li jkomplu diskussjonijiet illum stess dwar ftehim biex il-kumpanija Kalaxlokk tkun tista' tikseb xogħol għall-ħaddiema tagħha.
Intant, it-Tribunal Industrijali għandu jiltaqa' nhar it-Tlieta biex jisma' l-każ dwar din it-tilwima.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN