SE JIBDA R-RESTAWR TAL-KNISJA TA' SANTA KATERINA D'ITALIA
SE JIBDA R-RESTAWR TAL-KNISJA TA' SANTA KATERINA D'ITALIA
Fil-jiem li 'ejjin mistenni jibda restawr estensiv tal-knisja ta' Santa Katerina d'Italia fil-Belt Valletta minn esperti Taljani, li min-naħa tagħhom, se jużaw dan il-pro'ett, finanzjat mill-Protokoll Taljan, biex iħarr'u kemm ħaddiema mill-Unit tar-Restawrfi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, kif ukoll ħaddiema mill-privat.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta l-lejla inawgura xogħlijiet estensivi ta' restawr u tisbiħ fl-Għajn tal-'�asselin u l-inħawi ta' madwar fl-Imsida. Dan il-pro'ett sar bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Ambjent u bl-inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li r-restawr tal-knisja ta' Santa Katerina, li mistenni jiswa madwar Lm248,000, se jsir minn kumpannija Taljana flimkien ma' kuntrattur Malti.
Hu żied li dan il-pro'ett ta' restawr hu wieħed minn sensiela ta' inizjattivi ta' restawr li qed jittieħdu mill-Ministeru għall-Ambjent, kemm permezz tal-Unit tar-Restawr kif ukoll tat-tliet Pro'etti ta' Riabilitazzjoni, ji'ifieri dawk tal-Belt Valletta, tal-Kottonera u ta' l-Imdina.
Il-Ministru Zammit Dimech semma li permezz tal-Unit tar-Restawr qed tinfirex f'diversi lokalitajiet il-ħidma ta' restawr. Fost l-inizjattivi li qed jittieħdu hu semma r-restawr tal-Batterija ta' Pembroke, tal-Batterija ta' Westreme fil-Mellieħa, tal-Knisja ta' Sant'Andrija fil-Mosta, ta' Palazzo de La Salle fil-Belt Valletta u l-Ber'a tal-Baviera fil-Belt Valletta.
Wasal ukoll biex jitlesta r-restawr ta' sit medjevali f'Wied '�ażrun, limiti ta' '�ad-Dingli, li jikkonsisti fost l-oħrajn f'kappella, sinja tal-mixi u bitħa. Parti minn dan ir-restawr qed tkun finanzjata mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Pro'ett Aramis. Di''� qed isiru kuntatti biex permezz ta' dan il-Pro'ett ikunu finanzjati xogħlijiet oħra ta' restawr.
Barra minn hekk, kompla l-Ministru Zammit Dimech, se jsir restawr ukoll fit-Torri tal-'�amrija fl-inħawi ta' '�a'ar Qim, fit-Torri ta' Għajn Tuffieħa, fil-Bieb ta' Santa Liena u fil-Kappella ta' San Pawl f'Bormla, Notredame Gate fil-Floriana, u fir-Rinella Guard Room.
Hu qal li ħafna minn dan ix-xogħol qed isir bl-inizjattiva tal-Kunsilli Lokali bħal ma sar fir-rigward tar-restawr tal-Għajn tal-'�asselin. Il-Ministru Zammit Dimech stqarr li l-Ministeru għall-Ambjent hu dejjem lest li jgħin fi pro'etti bħal dawn għax huma parti mill-ħidma li trid tibqa' għaddejja b'mod regolari biex inħarsu l-wirt storiku u naturali tagħna kif ukoll biex insebbħu l-ambjent.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li x-xogħlijiet li saru fl-inħawi tal-Għajn tal-'�asselin kienu estensivi ħafna u, minbarra r-restawr tal-bini storiku nnifsu, tneħħew tunnellati ta' materjal ħażin, infetħu l-kanali li jagħtu għall-baħar, kienet irran'ata s-sistema tad-drena'', sar ħadid 'did fuq stil rustiku, sar pavimentar ta' l-art minn 'ebel tal-qawwi, saru fanali 'odda tad-dawl u saru wkoll rampi għal persuni bi ħti'iet speċjali biex ikollhom aċċess għall-Għajn.
Il-Ministru għall-Ambjent awgura li r-residenti ta' l-inħawi jieħdu ħsieb dan il-monument ħalli t-tisbiħ li sar f'dawn l-inħawi jkun jista' jibqa' jitgawda għal ħafna snin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN