Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AMBJENT DWAR IL-PROĠETT TAL-KOTTONERA

PR0969
Date Icon 13/07/2000

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AMBJENT DWAR IL-PROĠETT TAL-KOTTONERA

B'riferenza għall-konferenza ta' l-aħbarijiet li ngħatat dalgħodu mill-kelliem ta' l-Oppożizzjoni Charles Buhagiar u Evarist Bartolo, il-Ministeru għall-Ambjent irid jagħmilha ċara li l-bini li beda jitwaqqa' bħala parti mill-pro'ett tal-Kottonera hu bini li jinsab fi stat ħażin u perikoluż ħafna tant li l-ebda parti minnu ma setgħet tkun riabilitata.

Fil-fatt, parti minn dan il-bini di''� kienet twaqqgħet fil-gwerra, hemm diversi soqfa mwaqqgħin, kienu tqegħdu vireg tal-ħadid biex iżommu l-arkati milli jixpakkaw u anki nbnew pilastri tal-'ebel minn barra biex iżommu ħitan milli jaqgħu.

Lanqas hu minnu li dan il-bini tela' fi żmien il-Kavallieri, iżda kien inbena mill-Ammiraljat Ingliż biex jinżammu u jissewwew fih btieti ta' l-injam. Tul is-snin saru addizzjonijiet u tibdil fl-istess bini.

Kuntrarjament għal dak li ntqal f'din il-konferenza ta' l-aħbarijiet, il-Heritage Advisory Committeekien mar fil-post fil-15 ta' Frar ta' din is-sena, fejn, wara li ra l-istat ħażin li kien jinsab fih dan il-bini, qabel li seta' jitwaqqa'.

Il-Ministeru għall-Ambjent jiċħad ukoll li l-ħru' tal-permessi min-naħa ta' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar sar bl-għa'la. Fil-fatt, l-outline applications għall-yacht marina u għall-iżvilupp kollu fuq l-art saret f'Lulju tas-sena l-oħra u dawn kienu segwiti b'sensiela twila ta' laqgħat bejn l-iżviluppaturi u l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar fejn kien diskuss il-pro'ett kollu u sar it-tibdil mitlub mill-istess Awtorit'�. Fi tmiem dan il-proċess kollu, saret il-full development application għall-iżvilupp fl-inħawi tal-Menqa fejn beda jitwaqqa' l-bini msemmi.

Jidher li l-għan ta' l-Oppożizzjoni hu wieħed li jippruvaw joholqu tfixkil fit-twettiq ta' dan il-pro'ett billi jxerrdu tagħrif mhux veru. Dan, l-Oppożizzjoni tidher li qed tagħmlu għax ma kinitx kapaċi tasal biex tibda dan il-pro'ett meta kienet fil-Gvern.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow