STQARRIJA
STQARRIJA
Wara l-ittra li tqassmet illum lill-Membri tal-Parlament, mill-GWU, dwar il-haddiema tal-Kalaxlokk, iffirmata mis-Sur Tony Zarb, Segretarju Generali tal-General Workers' Union u s-Sur Emmanuel Micallef, Segretarju tat-Taqsima Port u Trasport tal-Union, il-Gvern irid jerga' jafferma li matul dawn ix-xhur ghamel diversi attentati biex izomm il-haddiema ta' Kalaxlokk okkupati.
Il-Gvern kien ghamilha cara anke waqt id-diskussjonijiet li kienu wasslu ghas-sistema ta' rizenji volontarji, li kien vitali li l-prattici ta' xoghol fil-Kalaxlokk jinbidlu biex din issir vijabbli.
F'Novembru 1999, il-Gvern baghat proposti ghal tibdil fil-ftehim kollettiv li kellu jilhaq kundizzjonijiet li bihom il-haddiema kollha ta' Kalaxlokk li kien baqa', jinstabilhom xoghol produttiv waqt li jibqghu mpjegati tal-Kumpanija.
L-intransigenza li wriet il-General Workers' Union minn Novembru ‘l hawn gharrqu l-pozizzjoni tal-Kumpanija u qed i'ibuha f'pozizzjoni li ma tistax tiehu xoghol biex thaddem ‘il-haddiema taghha.
Bi qbil mal-GWU, il-kwistjoni issa giet riferita lit-Tribunal Industrijali.
11.07.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN