GRUPP GDID TA' VOLUNTIERA GHAS-SERVIZZ "HELPLINE 179"
GRUPP GDID TA' VOLUNTIERA GHAS-SERVIZZ "HELPLINE 179"
Grupp ta' voluntiera matul dawn l-ahhar gimghat inghataw kors ta' tahrig, sabiex ikunu jistghu jaqdu b'mod effettiv il-Helpline 179 li s-Social Welfare Development Programme ilha topera ghal dawn l-ahhar hames snin.
Waqt l-okkazjoni tal-prezentazzjoni tac-certifikati ta' attendenza, il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, qal li matul dawn l-ahhar snin, il-Helpline 179 pprovda lil hafna nies l-ghajnuna u l-appogg li kellhom bzonn f'dak il-hin stess. Serva wkoll sabiex certa persuni bi problemi specifici jigu ndirizzati lejn servizzi professjonali ta' appogg sabiex ikun jistghu jifhmu u jtaffu l-problema jew diffikulta' taghhom.
Hafna drabi, tenna l-Ministru Gonzi, persuni li jkunu cemplu l-Helpline, huma persuni li f'dak il-hin partikolari jkunu vulnerabbli, u allura l-istat psikologiku taghhom ikun xi ftit sensittiv. Dan jitlob hafna tattika u sensibbilta' sabiex dak li jinghad ikun jista' jibni l-kuragg u d-determinazzjoni li hafna drabi jkunu nieqsa f'dawn il-mumenti.
Il-Ministru Gonzi fahhar il-fatt li dan is-servizz qed jitmexxa mill-voluntiera. Huwa qal li dan huwa precisament dak li jixtieq il-Gvern meta jsemmi il-holqien ta' socjeta' li twennes (welfare society). Dawn il-voluntiera qed jimpenjaw ruhhom u jhossuhom responsabbli fil-process ta' sostenn ta' persuni ohra li huma aktar vulnerabbli. Biex dan isir, madankollu, xorta hemm bzonn ta' tahrig specjalizzat ghaliex l-ghoti ta' servizz bhal dan mhux mibni sempliciment fuq rieda tajba, imma wkoll fuq zvilupp u tahrig kontinwu ta' kapacitajiet specjalizzati.
L-esperjenza ta' dawn l-ahhar hames snin wrietna wkoll li hemm lok ghall-zvilupp f'dan il-qasam. Fil-fatt, il Ministru Gonzi habbar li qed isir ezercizzju sabiex naraw kif nistghu nintegraw xi servizzi li diga' jesistu f'dan il-qasam bil-ghan li jinghata servizz wiehed li jaqdi l-funzjonijiet u l-bzonnijiet kollha tal-klijent.
Matul l-1999 il-Helpline 179 kellu 'l fuq minn 12,000 intervent li n-natura taghhom kient tvarja minn persuni li jhossuhom wahedhom bhal tfal li qed jigu abbuzati, nisa li jkunu qed igarrbu vjolenza domestika, u persuni bi problemi ta' sahha mentali.
Il-Ministru Gonzi ferah lil dawk kollha li attendew dan il-kors, mhux biss ghas-success taghhom, imma wkoll ghall-impenn socjali li qed juru bid-dedikazzjoni tal-hin taghhom ghall-komunita'.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN