FTUH TA' KORS GHALL-GHALLIEMA BIEX JGHALLMU L-"EUROPEAN STUDIES" BHALA SUGGETT TA' GHAZLA FIL-JUNIOR LYCEUMS U SKEJJEL SEKONDARJI
FTUH TA' KORS GHALL-GHALLIEMA BIEX JGHALLMU L-"EUROPEAN STUDIES" BHALA SUGGETT TA' GHAZLA FIL-JUNIOR LYCEUMS U SKEJJEL SEKONDARJI
Is-suggett tal-"European Studies" se jkun introdott fil-Kurrikulu tal-Junior Lyceums u l-iSkejjel Sekondarji bhala suggett ta' ghazla (optional subject) minn Ottubru li gej. Dan is-suggett qed ikun introdott ghal zewg ragunijiet. L-ewwelnett biex jitwettaq wiehed mill-iskopijiet generali li hemm fil-Kurrikulu Nazzjonali, u t-tieni biex jintlahaq skop ewlieni tal-Kunsill ta' Ewropa fl-edukazzjoni, jigifieri li tinghata "Dimensjoni Ewropea" lill-Edukazzjoni.
Il-Kurrikulu Nazzjonali bhala skop numru 3 ghandu l-"iZvilupp ta' sens ta' identita' marbut ma' l-espressjoni kreattiva". Dan l-iskop jirrikjedi li "Permezz ta' l-esperjenza kurrikulari f'dan il-qasam, l-istudenti jizviluppaw l-gherf/taghrif dwar: .. .. il-kultura, l-istorja u r-religjonijiet differenti fil-Kontinent Ewropew u kif l-identita' Ewropea qieghda tissawwar permezz ta' l-istituzzjonijiet Ewropej".
Fil-Kurrikulu nsibu ukoll li "tkun Maltija, jigifieri, tkun taf ... ... x'sar fil-Mediterran u fl-Ewropa, il-kulturi li trawwmu fihom, l-izviluppi godda, u s-sehem ta' pajjizna f'dak li qed jigri kemm fir-regjun kif ukoll fid-dinja".
Biex dan is-suggett ikun introdott fis-sena skolastika li jmiss, qed jkunu mharrga numru ta' ghalliema.
Fi Frar li ghadda, sar ‘workshop' bejn esperti Maltin u esperti mill-Kunsill ta' l-Ewropa biex jithejja kurrikulu adattat u professjonali u fil-fatt tlesta l-ewwel abbozz tieghu. L-istess esperti Maltin marru ukoll l-Irlanda biex jaraw kif qed ikun mghallem dan is-suggett fl-iskejjel Irlandizi.
Meta fil-bidu ta' Mejju li ghadda hargu l-applikazzjonijiet ghal dawk l-ghalliema fi skejjel tal-Gvern, tal-Knisja jew Indipendenti li xtaqu jghallmu l-"European Studies" kien hemm 262 applikazzjoni, li min dawn ntlaqghu 60 biss.
Fl-istess hin, waqt ezercizzju li sar fl-iskejjel sekondarji u l-Juniour Lyceums, l-istudenti li ghazlu dan is-suggett ghas-sena skolastika li tibda f'Ottubru li gej kienu jlahhqu mal-100 student.
Sadattant qed isiru preparazzjonijiet mal-MATSEC Board biex fl-2003 isir ezami (ordinary level)f'dan is-suggett.
Il-kors li qed jibda l-lum qed ihejji numru ta' ghalliema biex f'Settembru li gej jibdew jghallmu dan is-suggett. Ma' l-ghalliema Maltin li qed jiehdu sehem fil-kors li diga segwew kors ta' thejjija ta' xahrejn, hemm hames ghalliema li gejjin minn Franza, il-Polonja, l-Estonia u r-Repubblika Ceka. Dan it-tahlit ta' ghalliema qed isir bl-iskop li l-kors ikun verament wiehed transnazzjonali.
Il-kors qed jitmexxa minn tliet esperti Ewropej mill-Isvizzera, Franza u r-Rumanija, li ntbaghtu f'Malta mill-Kunsill ta' l-Ewropa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN