EMBELLISHMENT TOTALI TA' GNIEN IR-RE GORG V FIL-FLORIANA
EMBELLISHMENT TOTALI TA' GNIEN IR-RE GORG V FIL-FLORIANA
F'dawn l-ahhar granet inbdew xoghlijiet minn haddiema ta' l-Ufficcju Centrali tad-Distretti fi hdan il-Ministeru ghall-Ambjent li ghandhom iwasslu ghall-embellishment totali ta' Gnien ir-Re Gorg V, fil-Floriana, li jinsab fi stat hazin hafna.
Waqt zjara li ghamel dalghodu, il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li dan il-progett se jsir f'fazijiet differenti minhabba l-ammont qawwi ta' xoghol li jrid isir u li mistenni jiswa mal-Lm100,000.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Kunsill Lokali tal-Floriana kien ilu s-snin jitlob biex tittiehed azzjoni halli dan il-gnien, li hu popolari hafna anki ma' turisti li jzuru pajjizna li jmorru fih biex igawdu d-dehra tal-Port il-Kbir, jinghata dehra gdida.
Hu zied li meta dan l-ahhar il-Kunsill Lokali tal-Floriana rega' gedded it-talba tieghu biex il-poplu Furjaniz b'mod partikolari jerga' jibda jgawdi minn post ta' mistrieh u rikreazzjoni li jixraqlu, il-Ministeru hass li dan il-progett ghandu jinghata priorit'�.
Ix-xoghlijiet li se jsiru jinkludu l-pavimentar tal-passaggi kollha, l-istallazzjoni ta' dwal godda, upgrading tal-ground tal-football u tat-tennis court, bandli u apparat iehor ta' rikreazzjoni, u bankijiet godda.
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll ghal xoghlijiet ohra li saru, qed isiru jew se jsiru fil-Floriana, fosthom ir-riabilitazzjoni tal-Gnien tal-Mall li x-xoghol fuqu mistenni jibda kmieni s-sena d-diehla, pavimentar fi Triq Sant'Anna, ir-restawr tal-Polverista, sistema gdida ta' dwal fi Triq Sant'Anna, u r-restawr tal-Monument ta' Vilhena bi shab mal-Kunsill Lokali tal-Floriana.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Ministeru ghall-Ambjent jibqa' jaghti l-ghajnuna tieghu fit-twettiq ta' progetti bhal dawn ghax huma progetti li jkomplu jsebbhu l-ambjent ta' pajjizna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN