Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GIOVANNA DEBONO TQASSAM CERTIFIKATI FI TMIEM KORSIJIET FIC-CENTRU TA' L-UNIVERSITA' F'GHAWDEX

PR0909
Date Icon 30/06/2000

IL-MINISTRU GIOVANNA DEBONO TQASSAM CERTIFIKATI FI TMIEM KORSIJIET FIC-CENTRU TA' L-UNIVERSITA' F'GHAWDEX

Waqt li kienet qed tqassam iċ-ċertifikati għal korsijiet qosra li saru din is-sena fiċ-Ċentru ta' l-Universita' ta' '�awdex, il-Ministru ta' '�awdex, l-Onor Ġiovanna Debono ħabbret li fis-sena akkademika li 'ejja, li tibda f'Ottubru, iċ-Ċentru se joffri għadd ta' korsijiet li jwasslu għal grad ta' Masters, Baċellerat jew għal Diploma. Dawn il-korsijiet ji'u offruti jekk ikun hemm numru biżżejjed ta' applikanti.

Fost il-korsijiet li semmiet hemm:

Diploma in Commerce - kors li jdum sentejn, part-time

Bachelor of Commerce - (part 2) kors li jdum tliet snin, part-time

Diploma in Education - kors li jdum sentejn, part-time

Master of Education - kors li jdum sentejn, part-time

Hemm il-possibilita' li ji'u offruti wkoll dawn il-korsijiet:

Master of Arts in Economics

Certificate in Teaching English as a Foreign Language - kors li jdum sena, part-time

Certificate in Agriculture - kors li jdum sena, part-time

Hija qalet li l-kors li jwassal għal Bachelor of Arts, u li għalih qed jattendu madwar tletin student u studenta, issa qiegħed fit-tieni sena tiegħu u ma hemmx il-ħsieb li jinfetaħ ieħor għal issa.

Iċ-ċertifikati li qassmet il-Ministru Debono kienu konnessi ma korsijiet qosra li saru fiċ-Ċentru fis-sena 2000, fosthom kors fl-Amministrazzjoni Pubblika, Kors fl-Istitut ta' l-Unjoni Ewropea, Kors fis-Social Care u Kors fl-Introduzzjoni għal Mediċina. Saru wkoll korsijiet qosra fil-Computer dwar l-Autocad u l-Geographic Information Systems.

Il-Ministru qalet li kienet sodisfatta ħafna bix-xogħol li qed isir fiċ-Ċentru ta' l-Universita' f''�awdex u ħe''et lill-'�awdxin biex japplikaw għal korsijiet li ji'u offruti f'dan iċ-Ċentru, għaliex din hija opportunita' unika u importanti - hafna li ma tantx issibha fi gżejjer żgħar bħal ma hu '�awdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow