JIBDA X-XOGHOL FUQ IL-PROGETT TAL- KOTTONERA ? PROGETT LI SE JAGHTI SPINTA LIT- TURIZMU F? DAWN L-INHAWI
Il-Pro'ett tal-Kottonera mhux biss se jiftaħ it-triq għar-ri'enerazzjoni tal-Kottonera iżda se jagħti spinta lit-turiżmu f'dawk l-inħawi u se joffri wkoll opportunitajiet 'odda ta' xogħol lil ħaddiema mill-Kottonera.
Dan stqarru l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech f'ċerimonja simbolika dalgħodu fix-Xatt tal-Birgu li matulha nbeda x-xogħol tal-Pro'ett tal-Kottonera mill-Cottonera Waterfront Group plc. Fl-istess waqt kien iffirmat ftehim bejn l-istess konsorzju u l-kumpannija magħrufa internazzjonalment fis-settur tal-jottijiet Camper and Nicholsons Marinas Ltd. Dan il-ftehim jirrigwarda it-twaqqif ta' kumpannija sussidjarja li se tkun responsabbli għall-bini u t-tmexxija tal-yacht marina flimkien mal-faċilitajiet relatati.
Il-Ministru Zammit Dimech esprima s-sodisfazzjon tiegħu li f'dan il-pro'ett, li se jfisser investiment ta' aktar minn Lm16-il miljun, issa se jkunu involuti t-tliet promoturi li kienu 'ew shortlisted meta saret is-sejħa għal proposti dwar l-iżvilupp tal-Kottonera. Dan għaliex issa fl-iżvilupp tal-yacht marina se tkun involuta wkoll il-kumpannija Camper and Nicholsons Marina Ltd, li hi waħda mill-aktar kumpanniji rinomati fid-dinja fil-qasam marittimu, b'mod partikolari dak tal-yachting.
Hu qal li l-esperjenza vasta li għandha din il-kumpannija, li hi wkoll involuta fil-bini ta' jottijiet mill-aktar lussużi, għandha tgħin mhux ftit biex fil-Kottonera ssir yacht marina ta' l-ogħla kwalit'� kif ukoll biex isir l-aqwa marketing għaliha barra minn Malta.Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-pro'ett se jikkontribwixxi għall-ekonomija tal-pajjiż b'mod 'enerali.
Jekk wieħed jikkunsidra biss l-effett li se jkollu fuq il-qasam tax-xogħol, minbarra l-ħaddiema li se jkunu meħtie'a fit-twettiq tax-xogħol, il-pro'ett kollu, meta jitlesta, hu kalkulat li joħloq madwar 600 impjieg. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern hu impenjat li jaghdak kollu possibbli biex ħaddiema miż-żona tal-Kottonera jingħataw preferenza.
Aspett pożittiv ieħor li semma hu l-impatt li se jkollu biex ikompli jikber it-turiżmu f'dik iż-żona, kemm mil-lat ta' turisti barranin kif ukoll fir-rigward tat-turiżmu intern peress li jkun hemm aktar Maltin li jibdew iħarsu lejn il-Kottonera bħala attrazzjoni mill-isbaħ biex iqattgħu l-ħin tagħhom.
Il-Ministru Zammit Dimech tenna li dan il-pro'ett għandu jagħti dehra 'dida lil dawk l-inħawi tal-Kottonera mingħajr ma din iż-żona titlef il-valur storiku tagħha.
Hu semma li l-pro'ett kollu se jinkludi żvilupp fuq 34,000 metru kwadru, ħolqien ta' yacht marina,restawr u żvilupp ta' palazzi storiċi, żvilupp ta' appartamenti residenzjali, u bini ta' lukanda, restoranti, ħwienet, health club u casin'�, li bla dubju se ji''eneraw attivit'� ekonomika f'dik iż-żona, aktar u aktar meta l-pro'ett kollu jitlesta fi żmien tliet snin oħra.
Hu fakkar li dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-ħtie'a li jitjiebu l-ambjent 'enerali u l-kwalit'� tal-ħajja fil-Kottonera u kien fid-dawl ta' dan l-impenn li, minbarra li di''� wettaq diversi pro'etti fil-qasam tad-djar u ta' l-anzjani b'mod partikolari, waqqaf il-Pro'ett ta' Riabilitazzjoni tal-Kottonera. Hu qal li permezz ta' dan il-Pro'ett saru u qed isiru diversi xogħlijiet ta' fejda fil-lokalitajiet kollha tal-Kottonera, filwaqt li nbeda wkoll programm biex il-Kottonera ssir aktar popolari mat-turisti.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li fir-rigward tal-Birgu biss tnaddfu u kienu riabilitati diversi shelters u l-foss ta' Couvre Porte biex b'hekk setgħu jinfetħu bħala attrazzjoni għall-pubbliku, bdew ikunu restawrati s-swar, sar restawr tal-pavimentar fil-parti magħrufa bħala Collachio, saret sistema ta'floodlighting fl-inħawi ta' Couvre Porte, twaħħlu sinjali ta' informazzjoni u ttieħdu diversi inizjattivi oħra. Dan minbarra li kienu iffinanzjati attivitajiet kulturali, bħalma huma l-BirguFest u r-re-enactments li jsiru fuq bażi regolari.
Hu qal li dan il-pro'ett, flimkien ma' oħrajn ta' l-istess kobor jew akbar, ikompli juri l-fiduċja li kemm il-Maltin stess kif ukoll il-barranin għandhom f'pajjiżna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN