TINTEMM IL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IL-PJAN LOKALI GHAN-NORTH HARBOURS
TINTEMM IL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IL-PJAN LOKALI GHAN-NORTH HARBOURS
Nhar il-Gimgha li ghaddiet intemm programm wiesgha ta' konsultazzjoni pubblika imhejji mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar l-abbozz tal-Pjan Lokali ghan-North Harbours.
Dan il-Pjan Lokali kien jikkomprendi disa' lokalitajiet, tal-Pieta`, Msida, Gzira, Ta' Xbiex, San Gwann, Sliema, San Giljan, Pembroke u s-Swieqi. Il-Pjan jigbor fih area, fil-parti l-kbira taghha urbana, b'popolazzjoni ta' iktar minn 62,000 mifruxa f'14.33km2 jigifieri densita` ta' iktar minn 4000 persuna ghal kull kilometru kwadru. Il-Pjan jindirizza ghadd ta' issues, fosthom zvilupp, trasport, djar, kummerc u industrija, konservazzjoni, facilitajiet socjali u kommunitarji, turizmu u rikreazzjoni. Dawn l-issues huma koperti b'mhux inqas minn 200 policy.
Il-pubbliku kellu access ghal hafna informazzjoni dwar il-Pjan :
1. Intbaghat ktejjeb f'kull dar b'informazzjoni fil-qosor dwar il-Pjan.
2. Kopji shah tal-Pjan f'kull Kunsilli Lokali u wirja f'kull lokalita`.
3. Pjan fuq il-web site ta' l-Awtorita` kif ukoll Cd-Rom bil-pjan kollu.
4. Informazzjoni dwar il-Pjan fuq radjijiet u stazzjonijiet tat-televizjoni.
"Huwa ta' sodisfazzjon kbir" qal is-Segretarju Parlamentari George Pullicino f'konferenza ta' l-ahbarijiet, "li l-pubbliku xtarr din l-informazzjoni li kellha l-ghan li tistimola l-partecipazzjoni fit-tfassil tal-pjan."
L-Awtorita` ta' l-Ippjanar irceviet 'il fuq minn 500 sottomissjoni. Saru disa' laqghat pubblici, wahda f'kull lokalita`, li ghalihom attendew mijiet ta' nies. Waqt dawn il-laqghat kien hemm madwar 210 kelliem li esprimew il-hsibijiet taghhom kemm bhala rapprezentanti ta' xi grupp kif ukoll individwali. L-Awtorita` rceviet ukoll tlett petizzjonijiet, wahda dwar centru pastorali ghal San Gwann, ohra dwar il-Madliena u ohra dwar id-Development Brief ghal Tal-Balal.
"Dan huwa l-mod serju kif il-gvern iqis li ghandhom jigu trattati issues li jolqtu direttament lill-pubbliku. Il-gvern jemmen li l-pubbliku ghandu dritt jaghti l-opinjoni tieghu dwar kwistjonijiet li jolqtuh mill-vicin. Minn naha taghha l-Awtorita` ta' l-Ippjanar hija obbligata u jien nistenna li taghti kaz dak li qalu r-residenti meta issa jitfassal l-abbozz finali" sostna is-Segretarju Parlamentari George Pullicino.
Tul il-konsultazzjoni tqajjmu diversi issues, uhud posittivi u ohrajn li l-pubbliku jahseb li ser jaffettwawh b'mod negattiv. Uhud mill-pozizzjonijiet adottati mill-pubbliku huma sahansitra kontrastanti ghall-xulxin.
Il-pass li jmiss issa huwa li l-Awtorita` tistudja l-proposti u l-ilmenti u temenda l-pjan biex ikun jirrifletti ahjar ix-xewqat tal-pubbliku. F'dan l-istadju il-pjan jigi imbaghad ipprezentat lill-Gvern li jista' jew japprovah jew inkella jitlob lill-Awtorita` terga' tikkunsidra tibdiliet.
Dan il-Pjan ghandu zewg ghanijiet principali – li r-residenti jigu protetti minn impatt kummercjali eccesiv u li jigu identifikati opportunitajiet ta' zvilupp ghal din iz-zona.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN