IL-MINISTRU TAL-FINANZI LURA F'MALTA WARA ZJARA FIL-LIBJA
IL-MINISTRU TAL-FINANZI LURA F'MALTA WARA ZJARA FIL-LIBJA
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Onor. John Dalli wasal lura f'Malta wara viżita fil-Libja.
Il-Ministru Dalli mexxa taħdidiet mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Libjan fejn 'ew diskussi su''etti ta' nteress bejn iż-żew' pajjiżi u sistemi kif għandhom jitħaffu s-soluzzjonijiet għall-problemi li jinqalgħu minn żmien għal żmien.
Su''etti partikulari li 'ew diskussi kienu l-Limsuk, il-kooperazzjoni bejn iż-żew' pajjiżi fil-qasam ta' gass u żejt, l-Airmalta, il-Malta Dry Docks u l-potenzjal ta' investiment li jeżisti bejn iż-żew' pajjiżi.
Id-delegazzjoni Maltija, li kienet tikkonsisti ukoll mill-Ambaxxatur Malti fil-Libja, is-Sur George Doublesin, l-Ambaxxatur Malti designat ghall-Libja, Dr Richard Vella Laurenti, ic-Chairman tal-Mimcol, is-Sur Ivan Falzon u l-Assistent Personali tal-Ministru, is-Sur Michael Debono, iltaqgħu fost oħrajn, mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Dr Mohammed Shalgam, is-Sotto Segretarju responsabbli fl-istess Ministeru, is-Sur Faraj Abdul Salam Milad u l-Assistent Segretarju għall-investiment barrani fil-Kumitat Generali tal-Poplu għall-Għaqda Afrikana, Dr Khaled Faraj M. Al Zantouti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN