MITLUB FINANZJAMENT EWROPEW GĦAT-TWETTIQ TAL-MASTER PLAN TAL-BELT
MITLUB FINANZJAMENT EWROPEW G'�AT-TWETTIQ TAL-MASTER PLAN TAL-BELT
Il-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, svela li dan l-aħħar il-Gvern issu''erixxa li jkun hemm finanzjament Ewropew għat-twettiq tal-Master Plan tad-daħla tal-Belt Valletta, li jinkludi l-bini ta' Teatru ta' l-Opri fuq is-sit tat-Teatru Rjal, il-bini mill-'did ta' Bieb il-Belt, l-bini ta' ċentru kummerċjali u parke'' u l-bini mill-'did tal-venda tal-karrozzi tal-linja.
Hu qal li din it-talba saret lil rappreżentanti tal-Bank Ewropew għall-Investiment li kienu Malta dan l-aħħar biex jiddiskutu pro'etti li jistgħu jkunu finanzjati mill-Bank.
Il-Ministru Zammit Dimech kien qed jitkellem waqt żjara li għamel fil-kumpless il-'did ta' l-Embassy fil-Belt Valletta. Dan il-kumpless, li se jiswa madwar Lm6 miljun, se jkun jinkludi sitt teatri taċ-ċinema, stabbilimenti ta' l-ikel, fejn mistenni jsir ftehim ma' food chain internazzjonali, u diversi ħwienet oħra.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Master Plan għad-daħla tal-Belt Valletta hu wieħed mid-diversi inizjattivi li ttieħdu f'dawn l-aħħar għaxar snin biex il-belt kapitali tingħata dehra 'dida fl-isfond tal-valur storiku tagħha.
Filwaqt li semma x-xogħlijiet kbar ta' riabilitazzjoni, inkluż dak tal-Kavallier ta' San Ġakbu li nbidel f'Ċentru għal Kreattivit'�, li saru f'kull parti tal-Belt, il-Ministru għall-Ambjent qal li pro'etti mill-privat, inkluż il-kumpless ta' l-Embassy, huma kunsidrati importanti ħafna fil-ħidma kontinwa għar-riabilitazzjoni tal-Belt. Hu żied li huma pro'etti bħal dawn li jistgħu jgħinu biex il-belt kapitali tingħata aktar ħajja peress li jressqu aktar nies lejn il-Belt mhux biss matul il-'urnata iżda wkoll filgħaxija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN