Left arrow Go Back

TAQSIMA GDIDA FID-DAR TA' L-ANZJANI ?VILLA MESSINA'

PR0874
Date Icon 22/06/2000

TAQSIMA GDIDA FID-DAR TA' L-ANZJANI ‘VILLA MESSINA'


Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Soċjali Dr Antoine Mifsud Bonnici, il-lum inawgura taqsima 'dida gewwa d-Dar ta' l-Anzjani "Villa Messina" - it-taqsima "Special Needs Unit".

"Special Needs Unit" hija taqsima ta' 5 sodod li se taqdi lil dawk l-anzjani li huma l-aktar dipendenti u allura jeħtiegu attenzjoni u għajnuna aktar speċjali u immedjata mill-carers u nurses. Għalhekk din li-Special Needs Unit ser tkun fl-aktar post viċin tas- Central Nurse Station, biex tkun aċċessibbli min nurses u fl-inqas hin possibbli. Din il-Unit il-'dida ser isservi wkoll bħala respite fuq bażi ta' shortterm jew long term.

B'dan is-servizz il-'did l-operaturi ta' Villa Messina - il-Healthcare ServicesLtd.,qed joffru servizz ieħor ta' kwalita' fil-qasam tal-kura ta' l-anzjani. Il-Healthcare Services Ltd. - l-akbar kumpanija privata f'Malta li tispeċjalizza fit-tmexxija tad-djar ta' l-anzjani, tħaddem ukoll Casa Arkati fil-Mosta kif ukoll id-djar tal-Gvern taz-Żejtun u ta' Bormla.

Dr. Antoine Mifsud Bonnici faħħar lil l-Healthcare Services Ltd għall-impenn u s-servizz li qed joffru. Huwa qal li fiz-zminijiet tal-lum u fil-futur is-soluzzjoni ta' aktar faċilitajiet ta' akkomodazzjoni residenzjali ghall-anzjani tinsab f'kordinament ta' hidma bejn il-Gvern, il-Kunsilli Lokali, is-settur privat u l-volontarjat, inkluża il- Knisja.

Dr. Mifsud Bonnici enfasiżża l-fatt li waqt li l-Gvern huwa favur tal-espansjoni ta' faċilitajiet residenzjali għall-anzjani fis-settur privat, il-Gvern irid jara li f'kull każ il-kwalita' ta' ħajja li l-anzjani jridu jgawdu trid tkun garantita u li d-dinjita' ta' l-anzjani trid tkun imħarsa. Huwa għalhekk li l-gvern mhux ser jippermetti li f'xi dar ta' l-anzjani l-aspett soċjali u dak uman jigi mwarrab minħabba l-aspett kummerċjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow