L-ONOR ANTOINE MIFSUD BONNICI JQASSAM CERTIFICATI FI TMIEM KORS QASIR TA' VOCATIONAL TRAINING
L-ONOR ANTOINE MIFSUD BONNICI JQASSAM CERTIFICATI FI TMIEM KORS QASIR TA' VOCATIONAL TRAINING
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali Dr Antoine Mifsud Bonnici, dalgħodu qassam iċ-ċertifikati ta' l-attendenza għall-kors qasir ta' practical placement lil 6 studenti minn 'Tereza Nuzzo Girls School', Hamrun. L-Onor. Mifsud Bonnici qal li korsijiet bħal dawn huma l-aħjar mod kif jitwettaq fil-prattika d-djalogu bejn il-generazzjonijiet u biex naslu biex ikollna socjet'� għal kull et'�.
Is-Segretarju Parlamentari kompla ighid li dawn il-gimgħatejn ta' vocational training servew biex taw esperjenza ta' xogħol lill-istudenti u kienu wkoll għalihom mezz ta' tagħrif u informazzjoni dwar il-ħajja ta' l-anzjani. M'hemmx dubju li l-preżenza ta' dawn iż-żgħażagħ fost dawn l-anzjani kienet ta' benefiċċju kbir għall-istess anzjani li apprezzaw l-interessament kbir li l-'enerazzjoni zagħzugħa għad għandha lejn l-anzjani.
Dan il-kors kien l-ewwel pro'ett ta' din l-għamla, iżda zgur m'għandux ikun l-aħħar wiehed. Dr. Mifsud Bonnici feraħ lis-sitt studenti għaliex sar jaf bix-xogħol tajjeb li huma wettqu u li urew ċerta maturit'� u responabbilt'� li jirriflettu s-sentimenti sbieh u altruwisti ta' dawn iż-żghażagh. Huwa appella biex korsijiet bħal dawn għandhom ji'u orgnizzati fil-futur għaliex jiswew ta' 'id kbir għal dawk iż-żghażagh li jkunu jridu jaqbdu l-karriera ta' care worker.
Fl-aħħarnett, Dr Mifsud Bonnici irringrazzja lill-Headmistrss u lit-teachers involuti u lil Mrs Bernardette Psaila u l-istaff tad-Day Centre tal-Hamrun li flimkien kienu responsabbli ghall-organizzazzjoni u s-success ta' dan il-kors.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN