IL-PRIM MINISTRU JATTENDI S-SUMMIT TAL-PARTIT TAL-POPLU EWROPEW (EPP)
Il-Prim Ministru ħalla Malta llum għal Oporto fil-Portugal biex jieħu sehem fis-Summit tal-Partit tal-Poplu Ewropew (EPP).
F'dan is-Summit, li jsir regolarment qabel kull Summit ta' l-Unjoni Ewropea, mistennjja jieħdu sehem il-Prim Ministru ta' Spanja, Jose Maria Aznar, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, Jean Claude Juncker, il-Kanċillier ta' l-Awstrija, Wolfgang Schuessel, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Loyola de Palacio u l-President tal-Parlament Ewropew, Nicole Fontaine. Ser jieħdu sehem ukoll il-Prim Ministri ta' numru mill-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Is-Summit ser jiddiskuti fost temi oħra t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru, li huwa akkumpanjat mis-Segretarju Privat tiegħu, is-Sur Peter Portelli, mistenni lura Malta t-Tnejn 19 ta' Ġunju.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN