Left arrow Go Back

JUM IL-MISSIER FIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAULE.

PR0848
Date Icon 16/06/2000

JUM IL-MISSIER FIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAULE.


Fl-okkazzjoni ta' ‘JUM IL-MISSIER', is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, qassam rigali lil residenti rgiel fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern kif ukoll gewwa r-residenza San Vincenz De Paule.

Fir-Residenza San Vincenz de Paule, hemm aktar minn 1000 resident li minnhom 336 huma rgiel Fid-djar tal-gvern minn total ta' madwar 450 hemm 120 rgiel.

Hija realta' li numru ta' anzjani fir-Residenza San Vincenz de Paule ma jkollhom hadd min izurhom, jew il-qraba taghhom rari izuruhom. L-amministrazzjoni qed taghmel dak kollu possibbli biex hadd mir-residenti ma jhossu emarginat jew isib ruhu fis-solitudni. Huwa ghalhekk li dan l-ahhar giet imnedija l-kampanja "Adopt a Granny" gewwa r-residenza San Vincenz De Paule, fejn individwi jew fi gruppi jaghmlu zjajjar lill-anzjani li jkunu wehidhom u m'ghandhomx min izurhom u b'hekk titnaqqas dik is-solitudni li jistghu jsibu ruhhom fiha l-anzjani.

Dr. Mifsud Bonnici appella biex din l-iskema ta "Adopt a Granny" tirnexxi u appella lill-Kunsilli Lokali biex jiehdu l-inizzjattiva li jzuru anzjani residenti ta' San Vincenz de Paule mill-belt jew rahal taghhom.

Dr. Antoine Mifsud Bonnici, filwaqt li awgura l-festa t-tajba lill-missirijiet, kemm residenti u kemm impjegati, qassam rigali fil-wards kollha tar-residenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow