IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JESMOND MUGLIETT JIFTAH IL-MEDITERRANEAN YOUTH FORUM
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, il-Perit Jesmond Mugliett ippresjeda l-ewwel sessjoni plenarja tal-Mediterranean Youth Forum. Huwa qal li ilu sentejn li Malta kienet giet identifikata bhala l-pajjiz idejali biex jinzamm dan il-Forum. Dan kienet dovut ghat-track record ta' Malta bhala ambaxxatrici tal-paci u bhala vuci ta' solidarjet'� fil-Mediterran.
Iz-zghazagh Maltin ghandhom tradizzjoni ta' partecipazzjoni attiva fil-hajja politika nazzjonali u internazzjonali. Il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh ta' Malta evolva f'din it-tradizzjoni u rnexxielu jkun pijunier fid-djalogu madwar il-Mediterran. Matul dawn l-ahhar ftit xhur dan il-Kunsill stabbilixxa procedura ghal dan il-Mediterranean Youth Forum, irnexxielu jgib ghajnuna finanzjarja u kollaborazzjoni minn imsiehba ta' l-Unjoni Ewropeja, u beda process ghall-kollaborazzjoni bejn il-Kunsilli Nazzjonali taz-Zghazagh tal-pajjizi tal-Mediterran.
Is-Segretarju Parlamentari Mugliett qal li din is-sessjoni plenarja qeghda tindirizza erbgha suggetti li huma marbutin hafna maz-zghozija u li fihom infushom saru valuri – dawn huma l-Edukazzjoni, Mobilit'�, Sostenibilit'� u Solidarjet'�.
Dwar l-Edukazzjoni, is-Segretarju Parlamentari Mugliett qal li fl-opinjoni tieghu l-edukazzjoni vokazzjonali saret wahda mill-issues l-aktar krucjali. Il-pajjizi li qeghdin jigu rapprezentati f'dan il-Forum kollha ghandhom sistemi edukattivi differenti, li hafna minnhom ghaddejjin minn riformi. F'Malta qeghdin nersqu lejn dan il-process ta' riformi billi se nifthu Kullegg Vokazzjonali f'Ottubru ta' din is-sena. L-organizazzjonijiet mhux governattivi taz-zghazagh ghandhom joqghodu attenti biex jassiguraw li dawn ir-riformi ma jiehdux fit-tul, li jkun hemm zvilupp indaqs fuq livell internazzjonali u li l-edukazzjoni u t-tahrig vokazzjonali jkunu accessibbli ghal kulhadd.
Is-Segretarju Parlamentari Mugliett qal li l-organizazzjonijiet taz-zghazagh ghandhom ir-responsabbilt'� li jassiguraw u jkattru l-mobilit'� biex ikun hawn aktar apprezzament ta' kulturi differenti, tishih ta' edukazzjoni formali u informali, u skambju ta' taghlim. L-isfidi ghall-quddiem jinkludu, burokraziji ta' visa, barrieri ta' lingwi, u nuqqas ta' informazzjoni dwar programmi bhall-Euro Med Youth Action Programme. Is-Segretarju Parlamentari qal li jinnota bi pjacir li l-organizazzjonijiet mhux governattivi Maltin kollha taw il-kontribut taghhom biex seta' jibda jitwettaq il-Euro Med Youth Action Programme. Permezz ta' hidma intensiva matul is-sena li ghaddiet, irnexxielna naghmlu organizazzjonijiet simili Mediterranji aktar konxji ta' dan il-Programm.
Is-sostenibilit'�, qal is-Segretarju Parlamentari Mugliett, giet definita bhala l-kontroll assolut fuq l-izvilupp bla ma jigu kompromessi bl-ebda mod id-drittijiet tal-generazzjonijiet ta' ghada. L-organizazzjonijiet taz-zghazagh mhux governattivi tal-Mediterran ghandhom rwol importanti: li jirrezistu l-inkompetenza ta' istituzzjonijiet, jaghmlu kritika ta' policies mhux adegwati, igaghlu l-pubbliku jkun aktar konxju u jinkoraggixxu aktar involviment mill-media.
Is-Segretarju Parlamentari Mugliett qal li l-kuncetti tas-solidarjet'� ghandhom ikunu riflessi f'kull attivit'� li tinvolvi numru ta' persuni minn ambjenti differenti. Fuq livell lokali, solidarjet'� tfisser li ssib mezzi aktar effettivi kif tghin lil dawk is-setturi tas-socjet'� li ghandhom bzonn ta' ghajnuna. Is-Segretarju Parlamentari Mugliett kompla jghid li hemm bzonn li nutilizzaw ir-rizorsi mehtiega biex dawn il-gruppi jigu identifikati u tinghata attenzjoni lill-problemi taghhom. Is-solidarjet'� ghandha wkoll tiggarantixxi kuntatt bejn il-generazzjonijiet, b'tali mod li kull individwu jintegra ruhu fis-socjet'� u jkun hemm rispett reciproku.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN