MIZURI GODDA TAS-SIGURTA' FIL-HABS
MIŻURI ĠODDA TAS-SIGURT'� FIL-'�ABS
Dalgħodu f'Kastilja saret laqgħa presjeduta mill-Prim Ministru li għaliha attendew il-Viċi Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Ministru ta' l-Intern Tonio Borg, is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joe R Grima, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Intern Louis Cilia, il-Kmandant tal-Forzi Armati, il-Brigadier Rupert Montanaro u d-Direttur tal-Faċilit'� Korrettiva Emanuel Cassar.
Matul din il-laqgħa, id-Direttur Emanuel Cassar offra r-riżenja tiegħu mill-kariga ta' Direttur. Il-Prim Ministru ma aċċettax din ir-riżenja u talab lis-Sur Cassar ikompli fil-kariga tiegħu. Il-Gvern jidhirlu iżda li s-sistema ta' sigurt'� re'għet falliet u għalhekk ittieħdu d-deċiżjonijiet segwenti:
a) li jkomplu jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tal-Brigadier John Spiteri li sar fis-26 ta' April 2000 dwar il-miżuri addizzjonali tas-sigurt'� fil-ħajt ta' barra (perimeter wall) tal-Faċilit'�; fosthom li ji'i kkunsidrat il-installazzjoni ta' sistema 'dida ta' alarm jew electrified fence.
b) li b'effett immedjat, membri tal-Forzi Armati ta' Malta jibdew iwettqu dmirijiet ta' sorveljanza fil-perimeter tal-ħabs sakemm is-sistemi addizzjonali ta' sigurt'� jidħlu fis-seħħ;
c) illi, sabiex tissaħħaħ id-dixxiplina u l-organizzazzjoni fil-Faċilit'�, jinħatar Manager fl-istruttura preżenti li jassisti lid-Direttur fit-tmexxija 'enerali tal-Faċilit'� b'mod partikolari fil-qasam tas-sigurt'�.
d) illi d-deċiżjoni żbaljata meħuda f'Marzu 1998 mill-Gvern Laburista, li biex jiffranka l-flus ħassar l-ordni għal high security fence u l-installazzjoni tas-CCTV fit-taqsima minn fejn saret il-ħarba, tinbidel. '�alhekk il-Gvern iddeċieda li dawn il-mezzi tas-sigurt'� ji'u installati.
Il-Gvern ippropona lill-Oppożizzjoni biex id-dibattitu fuq il-mozzjoni mressqa mill-Onor Gavin Gulia ssir il-'�amis li 'ej.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN