Left arrow Go Back

TIZDIED IL-HIDMA TA? TINDIF

PR0813
Date Icon 09/06/2000

TIZDIED IL-HIDMA TA' TINDIF

F'dawn il-'ranet kompliet tiżdied il-ħidma ta' tindif mill-Unit għal Ambjent Nadif fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent fi sforz biex pajjiżna jidher aktar nadif fl-aqwa ta' l-ista'un turistiku. Dan seta' jsir billi n-numru ta' ħaddiema f'din it-taqsima tela' għal kważi mitejn.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu ħa sehem f'attivitajiet ta' tindif fil-Kalkara bħala parti minn kampanja ta' tindif organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara.

F'din il-kampanja ħadet sehem ukoll il-Unit għal Ambjent Nadif li naddfet biċċa art mitluqa u li kienet mimlija b'ammont kbir ta' skart u materjal ieħor fi Triq il-Kapuċċini.

Filwaqt li tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jnaddaf fuq bażi regolari l-arterji prinċipali u nħawi oħra li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilt'� diretta tal-Kunsilli Lokali, il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Ministeru lest li jagħti kull għajnuna possibbli lill-Kunsilli Lokali biex il-pajjiż jinżamm kemm jista' jkun nadif. Hu żied li madankollu hu dmir il-Kunsilli li mhux biss iżommu l-lokalit'� tagħhom fl-aħjar stat ta' ndafa iżda wkoll li jassiguraw l-infurzar tal-li'i fir-rigward ta' l-indafa aktar u aktar issa bl-introduzzjoni tal-Gwardjani Lokali.

Fl-istess waqt hu appella lil dawk il-membri tal-pubbliku li għadhom iwaddbu kull tip ta' skart f'postijiet pubbliċi biex ma jibqgħux jagħmlu aktar ħsara lill-pajjiż aktar u aktar meta jafu li jistgħu jiddisponu minn skart goff li jkollhom billi jagħmlu użu mis-servizz li qed jingħata apposta mill-Kunsilli Lokali.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Unit għal Ambjent Nadif f'dawn l-aħħar 'ranet kompliet firxet il-ħidma tagħha anki għall-inħawi ta' Bieb il-Belt u t-terminus tal-karozzi tal-linja fuq bażi regolari.

Hu qal ukoll li mindu twaqqfet din il-Unit l-indafa fil-pajjiż bdiet tidher filwaqt li anki l-pubbliku beda japprezza din il-ħidma billi qed jikkopera aktar. Hu żied li hu importanti wkoll li minn żmien għal żmien il-Kunsilli Lokali jinvolvu lir-residenti tal-lokalit'� f'ħidmiet ta' tindif biex b'hekk tkompli tikber il-kuxjenza favur l-indafa fil-pajjiż.

 09.06.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow