Left arrow Go Back

IFFIRMAT MEMORANDUM OF UNDERSTANDING BEJN IL-GVERN U S-SANTA SEDE

PR0742
Date Icon 30/05/2000

IFFIRMAT MEMORANDUM OF UNDERSTANDING BEJN IL-GVERN U S-SANTA SEDE

Illum gie ffirmat 'Memorandum of Understanding' bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti dwar problemi li kienu nqalghu fl-applikazzjoni tal-Ftehim ta' l-1991 bejn l-istess partijiet u li jirrigwarda it-trasferiment lill-Gvern tal-proprjet'� tal-Knisja Kattolika f'Malta li l-istess Knisja m'ghandhiex bzonn ghall-uzu pastorali.

Il-ftehim li ser jitqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati; u li ser jigi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern isolvi diversi punti fosthom:- ftehim dwar kriterji ta' valwazzjoni li kienu neqsin, ghar-rigward certa proprjet'�, fil-Ftehim ta' l-1991. Bis-sahha ta' hekk, dawk il-propjetajiet li dwarhom kienet saret applikazzjoni taht l-Iskema ta' l-1996, u li ma setghux jigu processati minhabba li dwarhom ma kienx hemm kriterji ta' valwazzjoni, issa jistghu jigu processati; sar ftehim iktar car dwar kif tinhadem il-formola li biha il-Gvern izomm ghalih sa 30% mill-gwadann li hu jaghmel meta jbiegh proprjeta' li kienet tal-Knisja, filwaqt li l-eccess jitqieghed f'fond favur il-Fondazzjoni ta' l-Iskejjel tal-Knisja; intlahaq ukoll ftehim dwar il-procedura li tigi segwita meta il-Knisja tkun trid izzomm ghaliha proprjeta' li ghandha bzonn ghal uzu pastorali, u li ma kenitx fil-lista originali fil-Ftehim ta' l-1991.

Dan il-ftehim ghandu jwitti t-triq ghal twettiq ahjar, fl-interess taz-zewg partijiet, ta' l-iskopijiet tal-Ftehim ta' l-1991.

Issa illi intlahaq dan il-ftehim, l-Ufficcju Kongunt ser jipprocedi bl-ipprocessar ta' madwar 500 applikazzjoni ghal fidi ta' cens temporanju. Il-Ministeru javza illi l-ipprocessar ta' dawk l-applikazzjonijiet li dwarhom inqalghu certu diffikultajiet ghaddejjin b'ritmu mghaggel. Mill-banda l-ohra, peress illi mhux possibbli li dan l-ammont ta' applikazzjonijiet jigi processat f'daqqa, l-ewwel li ser jigu pprocessati huma dawk l-applikazzjonijiet li dwarhom hemm certu urgenza partikolari - ez. fejn hemm xi konvenju pendenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow