DOMANDA QAWWIJA GHAL RICIKLAGG TAL-KARTA
DOMANDA QAWWIJA G'�AL RIĊIKLAĠĠ TAL-KARTA
Bħalissa d-Dipartiment għall-Immani''jar ta' l-Iskart għandu domanda qawwija għal karta biex tkun riċiklata u lest li jipprovdi skips apposta lil dawk il-Kunsilli Lokali li huma interessati jgħinu fil-'bir ta' karta.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu ppreżenta premjijiet lir-rebbieħa ta' kompetizzjoni bħala parti minn kampanja ta' ndafa organizzata mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar flimkien ma' l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Zammit Dimech irrifera għall-isforzi kontinwi tal-Gvern biex mhux biss iżżomm l-indafa fil-pajjiż billi anki waqqaf taqsima apposta għal dan l-iskop, iżda wkoll iqajjem kuxjenza akbar fost il-pubbliku biex kif iżomm daru nadifa hekk ukoll għandu jagħmel 'il barra minn daru.
Hu qal li fir-rigward ta' San Pawl il-Baħar, minbarra t-tindif normali li jsir mill-Kunsill Lokali, isir ukoll b'mod regolari ta' darba fil-'imgħa fit-triq prinċipali bejn Targa Gap u r-roundabout ta' Burmarrad, tul il-bypass, u fix-Xemxija. Barra minn hekk, fl-istess toroq isir 'bir bl-idejn kuljum.
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għall-problema ta' l-iskart u l-azzjoni li bdew jittieħdu biex din tibda tonqos.
Semma, fost l-oħrajn, it-taħditiet li kellu mar-rappreżentanti tas-sidien tal-barrieri aktar kmieni din il-'imgħa. Issa l-Ministeru għall-Ambjent se jistieden lil dawk is-sidien ta' barrieri li m'għadhomx jintużaw ħalli dawn jibdew jintużaw għar-rimi ta' materjal tal-kostruzzjoni.
Hu qal ukoll li dan l-aħħar beda jsir, fuq bażi sperimentali, taħlit ta' kompost li qed jinħadem fl-impjant ta' Sant'Antnin ma' materjal imfarrak tal-bini milli hemm fil-Magħtab u din it-taħlita qed tintuża għal landscaping tul Triq Garibaldi fil-Marsa. Il-Ministru għall-Ambjent stieden lill-Kunsilli Lokali interessati biex jagħmlu użu minn din it-taħlita fi pro'etti ta' landscaping u b'hekk ikunu qegħdin ukoll jgħinu ħalli jonqos l-iskart.
B'riferenza għar-riċikla'' tal-karta, il-Ministru Zammit Dimech qal li jidher li bil-mod il-mod qed tiżdied il-koperazzjoni tal-pubbliku f'dan ir-rigward, tant li mindu aktar kmieni din is-sena saret talba lid-Dipartimenti tal-Gvern, Kunsilli Lokali, intrapriżi parastatali u privati biex jibdew ji'bru l-karta użata li jkollhom, inkluż materjal stampat, biex tkun riċiklata kien hemm twe'iba inkora''anti ħafna anki mingħand Ambaxxati barranin li qed jipparteċipaw fl-iskema.
Hu żied li hu inkora''anti wkoll il-fatt li żdiedet ħafna wkoll id-domanda għall-karta tant li d-Dipartiment mhux qed ji'bor biżżejjed karta biex jilqa' għal din id-domanda. Għalhekk hu appella għall-koperazzjoni min-naħa tal-Kunsilli Lokali biex isibu post adatt fil-lokalit'� tagħhom fejn ikun jista' jitqiegħed skip ħalli l-pubbliku jkun jista' jiddisponi mill-karta li jkollu. Hu qal li b'dan il-mod tibda tidħol ukoll fost il-pubbliku l-mentalit'� ta' separazzjoni ta' l-iskart.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN